Circuits 2021 | Festival Day 2

- This event has passed.
Circuits 2021 | Festival Day 2
Data u ħin
il-Ħadd 24 ta ‘Ottubru 2021, 1pm
Electronic Music Malta, isem li illum huwa sinonimu ma’ avvenimenti ta’ mużika elettronika kontemporanja, tirritorna bl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-festival ‘Circuits’.
Nhar l-24 t’Ottubru, se jkun hemm prestazzjonijiet minn diversi artisti fosthom ta’ Marlies Debacker (Belġju) li ħa tagħmel użu minn teknika speċjali fid-daqq tal-pjanu u, bħala parti mill-proġett ‘Away from the Comfort Zone’, Rochelle Gatt u Sabine Ercklentz (Ġermanja) u Neil Hales u Wolter Wierbos (Olanda).
Avvenimenti oħra jinkludu il-preżentazzjoni ta’ aġġeġġ tal-ħoss ġdid diżinjat u prodott mill-inġinier Malti Mike Desira bl-isem ta’ Storbju – Terramaxka, kif ukoll diversi taħditiet u ‘workshops’ li jitrattaw suġġetti bħal produzzjoni mużikali, inġinerija tal-ħoss, ‘djing’ u ‘modular synthesis’. Dawn kollha ħa jkunu mnedijin minn ‘Sawtooth Audio Academy’.
Circuits hija mnedija mill-organizzazzjoni volontarja Electronic Music Malta li hija wkoll megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti, huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv u huwa mniedi wkoll bis-saħħa tal-German Maltese Circle u l-Air Malta.
Ikklikkja hawn għall-iskeda dettaljata.
Tim Kreattiv:
Luc Houtkamp (Direttur Artistiku); Edwin Balzan (Direttur Ezekuttiv); Adri van den Berg (Marketing / PR)
Imsieħba
Arts Council Malta, Spazju Kreattiv, German Maltese Circle, Air Malta
Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali