Circuits Exhibition and Installation

- This event has passed.
Circuits Exhibition and Installation
Data: Il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru – L-Erbgħa 8 ta’ Novembru
Esebizzjoni u installazzjoni relatata Circuits u proġetti oħra ta’ EMM ser tkun qed tittella’ bejn id-9 t’Ottubru u it-8 ta’ Novembru 2020.
L-esebizzjoni tikkonsisti f’erba’ pannelli bil-vidjows, ritratti u informazzjoni dwar l-proġetti preżenti u passati ta’ EMM bħal Circuits, Away from the Comfort Zone u Storbju Noise Monger.
Is-Circuits Box huma serje ta’ kaxxi tad-dawl interattivi li jilqgħu fi ħdanhom diversi oxxillaturi (Storbju Noise Monger) li joħolqu l-aktar ħsejjes strambi u gustużi. Mingħajr ma jmiss xejn, l-utent għandu kontroll kemm fuq il-ħoss kif ukoll fuq id-dawl li joħroġ minnhom.
L-installazzjoni ġiet kreata minn Late Interactive u kurata minn Electronic Sound Malta.
‘Storbju’ ta’ Mike Desira u Frank Cachia huwa ċirkwit modulari li jiġġenera l-ħsejjes magħmul minn sensiela ta’ sitt oxxillaturi DIY (3 b’veloċità għolja u 2 veloċità baxxa). L-atmosfera mużikali ġiet prodotta u komposta minn Ed Blank.
TIM KREATTIV
Edwin Balzan, Luc Houtkamp
KOLLABORATURI
Spazju Kreattiv, Arts Council Malta and the German Maltese Circle
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali