Circuits Non-Stop A Mini Electronic Music Convention

- This event has passed.
Circuits Non-Stop A Mini Electronic Music Convention
Circuits Non-Stop huwa ġurnata ta’ attivitajiet performattivi u ta’ tagħlim li jiċċelebraw il-mużika elettronika.
Dan l-appuntament annwali daħal issa fis-seba’ sena tiegħu u huwa organizzat mill-għaqda volontarja Electronic Music Malta bħala parti minn programm ta’ attivitajiet bl-isem ta’ Circuits 2022. Circuits Non Stop jgħaqqad flimkien artisti tal-ħoss, mużiċisti professjonisti, awdjoloġista u inġiniera f’maratona ta’ iżjed minn ħames siegħat li ħa tiġi mnedija f’żewġ spazji ġewwa l-kumpless ta’ Spazju Kreattiv.
Fis-sezzjoni tal-‘workshops’, l-inġinier Taljan Edo Pietro Grande se jmexxi klassi fuq ‘Ableton Live’, fil-waqt li-pijunier tal-mużika elettronika Malti Edwin Balzan ħa jmexxi workshop li ħa jitratta ‘synthesizers’ u ‘drum machines’, u finalment l-inġinier tal-ħoss Malti Mark Agius ħa jitkellem fuq kif wieħed jista jippreserva l-kwalita tal-ħoss.
Fl-istess waqt, fis-sezzjoni pubblika li ħa tkun immexxija minn Frank Cachia u Mike Desira, il-pubbliku ikun jista’ jagħmel ‘jamming’ fuq apprat elettroniku u jassisti għal-prestazzjonijiet mill-artisti Jamie Barbara u Darren Borg. F’din is-sezzjoni, ħa jkun hemm ukoll awdjoliġista, Dr Andrew Sciberras, li ħa jkun qiegħed joffri ‘screening’ sessions b’xejn lil min jattendi għal dan l-avveniment.
Circuits Non-Stop hija mnedija mill-organizzazzjoni volontarja Electronic Music Malta li hija wkoll megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv kif ukoll parti mill-programm ta’ Circuits 2022.
Prezz speċjali ta’ EUR15 (EUR13 for EMM members) meta tixtri biljett għall-workshops u l-wiri tad-dokumentarju.
Sezzjoni tal-Workshops
Data u Ħin: 29 ta’ Ottubru 2022 minn 12 pm sal-5.30 pm
Edo Pietrogrande – Ableton Live Masterclass
Edwin Balzan – Workshop ‘hands-on’ fuq hardware synthesizers u drum machines
Mark Agius – Workshop fuq kif qieħed jista jippreserva l-kwalita tal-ħoss
EUR10 Biljetti normali
Konċessjonijiet: EUR 8 (Ċittadini Anzjani, Studenti, detenturi ta’ ID Speċjali, Membri tal-EMM)
Jamming and Performances Area
Data u Ħin: 29 ta’ Ottubru 2022 minn 12 pm sal-5.30 pm
Jamie Barbara – ‘Artist at Work’ / Prestazzjoni
Darren Borg – ‘Artist at Work’ / Prestazzjoni
Mike Desira – ‘Live Jamming’
Frank Cachia – ‘Live Jamming’
Dr Andrew Sciberras – Test tas-smigħ b’xejn
[ Admission to this area is open to the public ]
Music for Ordinary Life Machines (Screening)
Data u Ħin: 29 ta’ Ottubru 2022 fis-6 pm
Minn Choris Perideraio u Anti għal Human Puppets u Regressverbot.
Minn In Trance 95 u Alive She Died, għal Selofan u Doric.
Ix-xena ‘underground’ Griega tas-snin tmenin, fejn l-espressjoni tal-istili mużikali ‘new wave’ u ‘punk’ kienet issir possibli permezz tas-‘synthesizers’, huwa l-punt tat-tluq ta’ MFOLM sabiex jesplora din is-sottokultura mużikali li ġewwa l-Greċja ħalliet post speċjali f’qalb dawk kollha li għandhom passjoni u mħabba għal dan il-makkinarju elettroniku li jagħmel il-ħsejjes.
Dan id-dokumentarju huwa dokumentazzjoni konċiża tax-xena Minimali Elettronika u ‘Synthpunk’ ġewwa l-Greċja sa mis-snin tmenin u fih jieħdu sehem is-‘synthesizers’, id-‘drum machines’ u dawk li ħabbewhom.
Lingwa: Grieg b’sottotitli bl-Ingliż
EUR 8 Biljetti normali
Konċessjonijiet: EUR 7 (Ċittadini Anzjani, Studenti, detenturi ta’ ID Speċjali, Membri tal-EMM)