Kunċert: Mediterranean Curve – Hezarfen Ensemble

- This event has passed.
Kunċert: Mediterranean Curve – Hezarfen Ensemble
22 October 2016 @ 7:30 pm

Mużika kontemporanja mit-Turkija – Hezarfen Ensemble
Data u ħin: Is-Sibt 22 ta’ Ottubru 2016, 7.30PM
Post: Studjow B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Il-programm, Mediterranean Curve, huwa mfassal fuq numru ta’ siltiet mużikali kontemporanji li se jiġu interpretati mill-Hezarfen Ensemble, grupp ta’ mużiċisti li kisbu fama internazzjonali, speċjalment permezz tal-attivitajiet u l-kunċerti numerużi tagħhom ġewwa ċentri Ewropej. Is-siltiet li jagħmlu parti mill-programm Mediterranean Curve lkoll ġew miktubin minn kompożituri ta’ nazzjonalità Torka li, b’xi mod jew ieħor ġew ispirati mill-ambjent u milll-kultura Mediterranja u tal-Lvant Nofsani, fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed.
Il-programm se jiftaħ bis-silta ta’ Zeynep Gedizlioglu, magħrufa bħala ‘Adenizli’, li hija taħlita qalila bejn l-ossessjoni tal-kompożitur bis-saba makam flimkien ma’ ħsejjes kontemporanji Ewropej ispirati mix-xogħol ta’ Manav (Horon) u Ince (Fantasie of a Sudden Turtle). Din is-silta hija kkumplimentata mix-xogħol ta’ Saariaho u Ellison li jisfida dak li jista’ jinkiteb għar-repertorju tal-flawt. Il-Herzarfen Ensemble se tkun qed tinterpreta dawn is-siltiet mużikali ta’ oriġini Persjana, b’mod innovattiv, kontemporanju u mgħammar b’melodiji ispirati mill-ambjent Mediterranju li fih se jindaqqu.
Ħajr għar-ritratt: Tony Judge