- This event has passed.
Conditioned Comforts
L-ewwel wirja ta’ Emma Fsadni fuq skala kbira turi l-iżvilupp fit-tħassib tagħha dwar l-istat tal-ġenerazzjoni tagħha, imgeżwer kif inhu, fl-għodda ta’ serħan il-moħħ tal-wieħed u għoxrin seklu.
L-interess tagħha dwar kif l-impatt tal-kumditajiet magħmula mill-bniedem fuq l-eżistenza tal-kontemporanji tagħha huwa esplorat permezz ta’ forom astratti, kuluri siekta u diversi installazzjonijiet, derivati minn intervisti fil-fond ma’ ħbieb u kollegi.
It-terminu ‘Conditioned Comforts’ jiġbor fih id-dipendenza tagħna fuq forom ta’ ‘kumdità magħmula mill-bniedem; il-kelma human-made hawnhekk hija interpretata fis-sens materjalistiku litterali tagħha, filwaqt li testendi wkoll il-kunċett ta’ ‘uman’ u ‘jien’, jiġifieri xi ħaġa magħmula minnha nfisha. In-natura ġustapost tal-kliem ‘Kondizzjonat’ u ‘Kumdità’ tissuġġerixxi li dawn il-forom familjari ta’ faċilità jinkisbu permezz ta’ ripetizzjoni li tagħmilhom mhux innati. Dan iwassalna biex nistaqsu jekk it-tfittxija għal kumdità bħal din għandhiex tiġi prodotta jew mgħallma, allura kemm hi ta’ faraġ għal ħajjitna?
@emmafsadni │ www.emmafsadni.com
Numru limitat ta’ tours mal-artista Emma Fsadni ser ikunu organizzati matul ix-xhar ta’ Awwissu. Min hu interessat jattendi, jrid jibbukja post billi jimla l-formola t’hawn taħt fid-data preferuta:
Il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu fis-7pm
L-Erbgħa 18 ta’ Awwissu fis-6:30pm
Il-Ġimgħa 20 ta’ Awwissu fis-7pm
Is-Sibt 28 ta’ Awwissu fis-7pm
Il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru fis-7pm
TIM KREATTIV
ARTISTA
Emma Fsadni
KURATUR/MENTOR
Margerita Pulé
KITTIEB
Gabriel Lia
AWDJO
James Dingli
FOTOGRAFIJA
Justine Ellul
ASSISTENZA FIT-TESSUTI
Anna Borg
MUDELL
Andrea Amato
KOLLABORATURI
Il-Kunsill Malti Għall-Arti – Il-Programm ‘Artivisti’, Aġenzija Żgħażagħ u Spazju Kreattiv