Bolshoi Ballet fiċ-Ċinema 2017/2018 – Coppélia

- This event has passed.
Bolshoi Ballet fiċ-Ċinema 2017/2018 – Coppélia
10 June 2018 @ 5:00 pm
€5 – €18
Data u Ħin: Il-Ħadd, 10 Ġunju, 2018 fil-5:00 PM (Xandira diretta)
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezzijiet:
€18 (adulti), €15 (anzjani u studenti), €5 (tfal taħt tnax il-sena)
Biljett għall-istaġun sħiħ: Rata ta’ skont ta’ €100 minflok €144
Dan il-ballet komiku li jittratta dwar żewġt għarajjes u inventur dijaboliku huwa adattat mill-istejjer ta’ E.T.A Hoffman, The Sandman u The Doll. Fiħ niltaqgħu mal-isbejħa Swanhilda u l-fiancée tagħha Franz qabel ma’ jiżżewġu, iżda għajnejn Franz jinġibdu lejn il-figura misterjuża ta’ Coppélia, li tidher dejjem bil-qiegħda fil-gallarija ta’ Doctor Coppélius – preżenza skura li forsi jippratika l-maġija sewda…
Dan il-ballet uniku huwa komiku, skur u allegruż fl-istess ħin, b’ensemble prinċipali grazzjuż u supporting cast ta’ raħħala u pupi li jiżfnu. Il-verżjoni ta’ Coppélia tal-Bolshoi żżomm il-koreografija oriġinali tas-seklu dsatax ta’ din il-kummiedja ferħana li tinvolvi erojina indipendenti, fiance li ma’ jżommx kelmtu u inventur eċċentriku. Il-corps inkreddibbli tal-kumpanija tal-ballet jiddi fid-divertissements u l-famuż “dance of the hours”, u b’ żeffiena prinċipali li jfuru b’ enerġija żagħżugħa w umoriżmu irresistibbli.