Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Cunningham

4 April 2020 - 5 April 2020

€6 – €7

Dati u Ħinijiet:
Is-Sibt, 4 t’April 2020, 6.30pm
Il-Ħamis, 16 t’April 2020, 7.30pm
Il-Ħadd 26 t’April 2020, 6pm

Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (Membri taċ-Ċinema Club)

Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li il-wiri ta’ Cunningham fid-data immarkata jiġi kkanċellat.
Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.

Cunningham huwa esperjenza ċinematika dwar il-korjografu leġġendarju Amerikan Merce Cunningham. Il-film isegwi l-evoluzzjoni artistika ta’ Merce tul tliet deċenji mimlija riskji u rivelazzjonijiet(1944–1972), miż-żmien ewlieni tiegħu bħala żeffien fi New York City jipprova jinfiltra l-industrija sa meta jirnexxilu jikseb l-unur u l-fama ta’ wieħed mill-aktar korjografi viżjonarji fid-dinja. Mhux mifhum u rrifjutat mid-dinja taż-żfin ta’ żmienu, Merce baqa’ jippersevera minkejja kollox u żviluppa teknika taż-żfin ġdida u mod ġdid ta’ kif wieħed jaħseb dwar u jikkrea biċċiet taż-żfin flimkien mal-kompożitur John Cage u l-artist viżwali Robert Rauschenberg.

Imnissel mill-isferi immaġinarji kif ukoll mill-esperjenzi tal-ħajja reali, dan il-film jirrakkonta l-istorja tal-iżvilupp ta’ Merce permezz taż-żfin mil-lenti taż-żeffien. Il-film juri biċċiet mix-xogħol ta’ Cunningham, magħmula għaċ-ċinema miġbuda f’postijiet ġewwa u oħrajn barra. Il-preċiżjoini fil-movimenti kkorjografati tal-kamera, joffru esperjenza awtentika daqs li kieku l-ispettaturi ‘daħlu’ fiż-żifna huma wkoll. Barra minn hekk il-materjal mill-arkivji (filmati 16mm/35mm, awdjo u ritratti) iqanqlu nostalġija u atmosfera filwaqt li n-noti u t- tpinġijiet ta’ Merce stess jipprovdu għarfien dwar il-proċess kreattiv tiegħu.

 

 

Dettalji

Bidu:
4 April 2020
Tmiem:
5 April 2020
Prezz:
€6 – €7
Event Categories:
,
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Cunningham

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 95 minuta
Creative Team Direttur: Alla Kovgan