Delia Derbyshire: The Myths and The Legendary Tapes

Loading Events
  • This event has passed.

Delia Derbyshire: The Myths and The Legendary Tapes

21 April 2022 @ 7:30 pm

Data u ħin
Il-Ħamis 21 ta’ April 2022, ħin TBC

Delia Derbyshire: The Myths and the Legendary Tapes huwa film li jittratta il-karattru u l-legat tal-pijuniera tal-ħoss elettroniku Delia Derbyshire, illi kienet ħolqot it-tema magħrufa tas-serje televiżiva Dr Who fl-1963 u jesplora l-idea li dil-kompożitriċi brillanti kienet tgħix ħajja parallela f’dimenzjoni differenti min-nies komuni ta’ madwarha.

L-istorja tiġi rrakkontata permezz tal-ħsejjes bl-użu ta’ biċċiet mużikali li jakkumpanjaw sountrack li huwa mibni minn samples ikkurati mill-mużiċista u artista Cosey Fanni Tutti minn tejps li ġew misjubin wara l-mewt ta’ Delia u jesploraw kollaborazzjoni immaġinarja kif ukoll qsim ta’ ideat li jkopru żmenijiet differenti bejn żewġ mużiċisti affaxxinanti. Dal-film mingħajr ebda dubju jesplora figura mużikali leġġendarja u huwa dirett minn Caroline Catz li wkoll taħdem il-parti ta’ Delia Derbyshire.

Il-wirja ta’ dal-film hija mnedija minn Electronic Music Malta u tifforma parti mill-programm ta’ Circuits u Spazju Kreattiv.


Electronic Music Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€7
Konċessjonijiet
(€ 6 to EMM members)
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1 hr 38 min
Ċert
N/A
Lingwa
Ingliż