Diskussjoni ma’ Tony Briffa: Re-Collections

- This event has passed.
Diskussjoni ma’ Tony Briffa: Re-Collections
28 April 2016 @ 7:00 pm

Ċeramika – Xogħol Kontemporanju – Diskussjoni
Data u ħin: Il-Ħamis 28 ta’ April 2016, 7.00PM
Post: Spazju Ċ1-Ċ3 (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Matul din is-siegħa, l-artist u ċ-ċeramista, Tony Briffa, ser ikun qed jixħet dawl fuq l-evoluzzjoni tal-metodu tiegħu, fuq l-iżvilupp tal-ħsieb u l-proċess artistiku, kif ukoll fuq temi u kunċetti marbutin max-xogħol preżentat fil-wirja Re-Collection.
Re-Collection hija wirja ta’ arti fiċ-ċeramika mill-artist Tony Briffa li tiffoka fuq id-djalogu bejn il-forma u l-funzjoni, u fejn l-artist ħalaq oġġetti li jistrieħu fuq l-ikonografija lokali iżda li fl-aħħar mill-aħħar ingħataw forma kemmxejn differenti. Il-forom ta’ Briffa allura, għalkemm jixbħu lil dawk ta’ oġġetti utilitarji ta’ kuljum, m’għandhomx il-funzjoni oriġinali tagħhom u għalhekk, sa ċertu punt, tbiddlu f’oġġetti purament estetiċi.