DIY Synthesizer Workshop

Loading Events
  • This event has passed.

DIY Synthesizer Workshop

23 Marzu 2023 @ 6:00 pm

Data u ħin,
Il-Ħamis 23 ta’ Marzu 2023, 6pm

Għal sena oħra Electronic Music Malta (EMM) qiegħda tistiednek għal workshop u preżentazzjoni li titratta d-dinja affaxxinanti tal-bini u pproġettar ta’ apparat li jiġġenera ħsejjes elettroniċi simili għal dawk ta’ sythesizers u drum machines.

L-ewwel parti ta’ din l-attivita ħa tikkonsisti f’dimostrazzjoni ta’ apparat iddisinjat u prodott minn inġinier / proġettist Malti Marlon Fenech bl-isem ta’ Electronified. Infatti, kien f’Diċembru li għadda li, permezz ta’ workshop ieħor imniedi minn EMM, Marlon introduċa l-apparat tiegħu lil produttur u mużiċist Ġermaniż Hainbach. Dan tal-aħħar tant ogħġbu illi ipproduċa video qasir dwaru fuq il-Youtube Channel popolari tiegħu. Infatti, il-modules ta Marlon huma meqjusa bħala uniċi tat-tip tagħhom fid-dinja tas-synthesizers modulari.

Fit-tieni parti ta’ din l-attivita’ ħa jiġi mniedi workshop fejn id-diżinjatur tal-apparat Storbju Mike Desira ħa juri kif bi ftit ħila u mingħajr l-użu ta’ saldaturi, jista jinbena apparat li jiġġenera ħoss elettroniku li jissejjaħ oscillator. Mike ħa jurik kif taqra circuit sempliċi u tibni dan l-oscillator pass-pass fuq breadboard minn kit li ħa jingħata waqt dan il-workshop (li ġie msejjaħ Squeaky). Dan il-kit se jikkonsisti wkoll minn speaker żgħir u batterija.

Id-dħul għal din l-attivita huwa b’xejn, pero preferenza tingħata li dawk li huma membri ta’ EMM u li jibbukkjaw għall-workshop fuq l-email ta’ EMM –electronicmusicmalta@gmail.com. Il-membri ħa jingħataw il-kit ta’ Squeaky b’xejn; min mhux membru ta’ EMM ikun jista jixtri il-kit bi-prezz ta’ EUR12.

Electronic Music Malta hija appoġġjata mill-Kunsill għall-Arti ta’ Malta. Dan l-avveniment huwa parti mill-programm Circuits fi Spazju Kreattiv.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free
Konċessjonijiet
Free
Tfal
Free
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Studjows

Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Studio A, Spazju Kreattiv

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
2hr 30min
Ċert
Kull Età
Lingwa
Ingliż