DRHA Malta 2018 Conference

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

DRHA Malta 2018 Conference

9 September 2018 - 12 September 2018

Dati u Ħinijiet: il-Ħadd, 9 ta’ Settembru 2018 – L-Erbgħa, 12 ta’ Settembru 2018
Post: Spazju Kreattiv
Prezz: Ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa, permezz tas-sit tal-internet ta’ DRHA 2018

It-22 edizzjoni tal-konferenza annwali Digital Research in the Humanities & Arts (DRHA) se teżamina t-tema ‘Creative Legacies: Collaborative Practices for Digital Cultural Heritage’. DRHA Malta 2018 se tkun ospitata fl-Ispazju Kreattiv, li jirrifletti l-għan tal-Fondazzjoni Kreattivita, entita’ li tikkatalizza riċerka innovattiva u mill-aktar avvanzata u xogħol kreattiv billi toħloq spazju għal konversazzjonijiet u kollaborazzjonijiet bejn id-dixxiplini.

Sir af aktar fuq sit tal-internet ta’ DRHA 2018.

Il-konferenza tinkludi wkoll programm varjat ta’ esibizzjonijiet u nstallazzjonijiet li huma miftuħa għall-pubbliku.

 


Muscular Musical Interactions: Atau Tanaka u Tricia Dawn Williams
Data u Ħin:
is-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018, 20:00
Post:
Studjow B, Spazju Kreattiv
Prezz:
€ 5 / € 3 (studenti u anzjani) / Dħul b’xejn (għall-membri ta’ Electronic Music Malta)

Il-pjanista kontemporanja rinomata Tricia Dawn Williams teżegwixxi għażla ta’ xogħolijiet mir-repertorju tal-kompożitur diġitali ‘avant-garde’ minn Tokyo, Atau Tanaka. Din ir-rapprezentazzjoni se tkun segwita minn diversi rappreżentazzjonijiet eżegwiti minn Tanaka nnifsu.

Żur il-paġna tal-avveniment hawn..

 

Remembering the Future: Digital Arts in Malta 1989-2019
Dati u Ħinijiet
: Mill-Ħamis, 8 ta’ Settembru 2018 sal-Ħadd 30 ta’ Settembru 2018
Post:
Spazji C1 & C2, Spazju Kreattiv
Prezz:
Dħul b’xejn

Din l-esibizzjoni kkurata mill-Professur Vince Briffa u Dr Toni Sant tesplora arti diġitali maħluqa f’Malta matul dawn l-aħħar tletin sena.

Żur il-paġna tal-avveniment hawn..

 

Creative Legacies: Collaborative Practices for Digital Cultural Heritage
Dati u Ħinijiet: mill-Ħadd, 9 ta’ Settembru 2018 sal-Erbgħa, 12 ta’ Settembru 2018
Post: Studjow A, Spazju Kreattiv
Prezz: Dħul b’xejn

L-esibizzjoni ‘Creative Legacies’ tinkludi x-xogħol ta’ ħames artisti u tifforma parti mill-konferenza DRHA 2018.

Proud and Torn: A Visual Memoir of Hungarian History minn Bettina Fabos
One and Three Discs (after Kosuth) minn Paul Holmes
patrol (2017) minn Dani Ploeger
Acoustic Commons – Live Streams on the Locus Sonus Soundmap minn SoundCamp
Boxing Skinner
 minn Louis-Charles Tiar

Dettalji

Bidu:
9 September 2018
Tmiem:
12 September 2018
Event Categories:
, , ,