Dying Planet

- This event has passed.

Dying Planet
1 Settembru 2022 - 9 Ottubru 2022
Dati
Il-Ħamis 1 ta’ Settembru – Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2022
Il-Ħamis 1 ta’ Settembru – Il-Ħadd 9 ta’ Ottubru 2022
Dying Planet: wirja solo ta’ illustrazzjonijiet u pitturi dwar l-Ansjetà klimatika u l-biża’ eżistenzjali mtella’ mill-illustratriċi, id-disinjatriċi u l-artista viżwali, ‘iella’ (Daniela Attard) – ġabra ta’ illustrazzjonijiet u pitturi b’fokus fuq l-ansjetà klimatika u l-biża’ eżistenzjali.
Magħrufa wkoll bħala stress ekoloġiku jew ansjetà klimatika, fl-2017 l-ansjetà ekoloġika ġiet iddefinita mill-American Psychological Association bħala “biża’ kronika mir-rovina ambjentali”. Ix-xogħol figurattiv u l-karattri mhux tas-soltu huma allegoriji moderni bl-għan li jqanqlu reazzjoni f’min jinsab quddiemhom. Ix-xogħol artistiku jiffoka fuq l-impatt globali tat-tibdil fil-klima u jiġbed l-attenzjoni lejn xi problemi lokali. Din il-wirja tirrappreżenta r-ritorn tal-artist għall-pittura tradizzjonali wara li ilha ffokata fuq il-karriera tagħha fil-media u fuq l-illustrazzjoni diġitali minn meta bdiet taħdem fil-qasam kreattiv professjonali fl-2014.
Workshop mal-artist:
Data: Is-Sibt 24 ta’ Settembru 2022
Ħin: 15:00- 18:00
Etajiet tal-parteċipanti: Adulti
L-artist se tiddiskuti l-proċess tat-tpinġija tagħha u tfassal ideat viżwali.
Karta, karta tat-traċċar, u lapsijiet se jkunu disponibbli..
Il-postijiet huma limitati u se jkunu stabbiliti fuq bażi ta’ first come first served.
L-artista se tkun preżenti fl-Ispazju B bejn is-17:00-21:00 nhar l-Erbgħa u 13:00-15:00 is-Sibt
Artist u Kuratur
Daniela Attard
Daniela Attard
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)