Edifice 129 plus Q&A

- This event has passed.
Edifice 129 plus Q&A
Ir-residenti ta’ Binja 129, post stramb u li ilu maqtugħ għalih, jgħixu jum b’jum, maqbuda fl-appartamenti tagħhom u midfuna fit-tifkiriet. L-unika ħaġa li jafu tiġi kuljum mill-aħbarijiet: “żommu s-skiet!”
Binja 129 hu proġett kollaborattiv partikolari, maħluq bejn filmmakers minn tliet pajjiżi differenti. F’nofs il-pandemija tal-COVID-19, Linda Gasser — direttriċi tal-festival taċ-ċinema Arc, ta’ Mainz, il-Ġermanja — stiednet lil għadd ta’ filmmakers biex jissieħbu fl-inizjattiva tagħha Creatives Across Borders. L-għan kien li jkun hemm laqgħat fuq Zoom bħala wens għal xulxin permezz ta’ diskussjonijiet fuq iċ-ċinema, imma dawn id-diskussjonijiet malajr qabdu t-triq tal-ħolqien ta’ film. B’laqgħat spissi, kultant kull ġimgħa, erba’ kittieba-diretturi u artist tal-grafika tridimensjonali, ħolqu films qosra li jaħdmu kemm waħidhom imma li wkoll, permezz tal-muntaġġ bejniethom, bħala storja sħiħa, minkejja li nġibdu fil-Ġermanja, ir-Renju Unit, u Malta, u avolja l-filmmakers qatt ma ltaqgħu fiżikament ħlief meta tlesta x-xogħol.
Il-wiri se jkun segwit minn Q&A bl-atturi Paul Portelli u Erica Muscat, flimkien mal-filmmaker Kenneth Scicluna, fiċ-ċinema, bil-produtturi tal-films l-oħra, Linda Gasser, Kaz Anstee, Jürgen Heimüller (li jaġixxi wkoll fil-film) jingħaqdu permezz ta’ Zoom. .
Edifice 129 fforma parti mill-għażla uffiċjali tal-Manchester Film Festival, ÉCU – Il-Festival tal-Films Indipendenti Ewropew f’Pariġi, u l-Portobello Film Festival f’Londra.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali