Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

EFA Young Audience Award 2019

5 May 2019 @ 11:00 am

free

Nhar il-Ħadd, 5 ta’ Mejju 2019, il-Film Grain Foundation se tospita l-European Film Academy Young Audience Award 2019, b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv.

Żgħażagħ minn Malta huma mistiedna biex jingħaqdu ma’ eluf ta’ żgħażagħ oħra minn madwar l-Ewropa biex flimkien jaraw tliet films Ewropej. Dawn il-films, li se jintwerew fl-istess ħin f’pajjiżi differenti, joffrulna opportunità unika biex niskopru films Ewropej ta’ kwalita’ għolja li jirriflettu r-realtajiet li qed jaffaċċjaw żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Kull film se jqajjem diskussjoni ma’ diversi edukaturi tal-films u professjonisti oħra f’dan il-qasam. Dawk li attendew se jkollhom wkoll l-oppurtunita’ li jikkuntattjaw lill-membri tal-ġurija żgħażugħa f’pajjiżi oħra permezz ta’ chatrooms mwaqqfa għall-avveniment, filwaqt li jivvotaw wkoll għall-film favorit tagħhom.

Il-European Film Academy Young Audience Award jgħaqqad flimkien persuni li għandhom bejn it-12 u l-14-il sena, f’55 belt f’34 pajjiż, mill-Islanda għal Malta, mill-Portugall sal-Kroazja.

EFA Young Audience Award 2019

OLD BOYS

Direttur: Toby MacDonald
Cert: 12A
Tull: 96 minuta 
Lingwa: Ingliż

Din il-verżjoni ġdida tad-dramm klassiku ‘Cyrano de Bergerac’ hija maħduma fuq set tal-iskola. Fil-film, student mistħi iżda immaġinattiv jgħin lill-eroj tal-iskola biex jirbaħ l-imħabba ta’ tfajla indipendenti, it-tifla ta’ għalliem tal-Franċiż. Bħalma jurina d-dramm oriġinali, id-differenza bejn iż-żewġ namrati ma’ tistax tkun akbar.

EFA Young Audience Award 2019

Fight girl

Direttur: Johan Timmers
Cert: 12A
Tul: 84 minuta
Lingwa: Olandiż bis-sottotitoli Ingliżi

Iż-żwieġ tal-ġenituri ta’ Bo, tifla fuq ruħha ta’ 12-il sena, jintemm b’divorzju ikraħ. Flimkien ma’ ommha u ħuha, Bo tmur tgħix fis-subborgi ta’ Amsterdam, fejn il-ġar tagħha, Joy, jintroduċiha għall-klabb tal-kickboxing lokali. Hemmhekk, Bo titgħallem malajr u tibda’ tieħu sehem fil-kampjonati tal-Olanda. Iżda lura d-dar, il-problemi li qed jaffaċċjaw il-ġenituri tagħha jkomplu jfixkluha, u hemm ċans li titlef il-kompetizzjoni. F’dan il-mument ta’ kriżi, Bo trid titgħallem taċċetta li f’din id-dinja persuna waħda ma’ tistax tikkontrolla kollox.

EFA Young Audience Award 2019

LOS BANDO

Direttur: Christian LO
Cert: 12A
Tul: 94 minuta
Lingwa: Norveġiż bis-sottotitoli Ingliżi

Los Bando huwa ‘road movie’ li jsegwi l-avventuri eċċitanti ta’ grupp mużikali li qed jivvjaġġa man-Norveġja biex jattendi n-National Championships of Rock. Flimkien, iż-żgħazagħ jispiċċaw f’tellieqa kontra l-ħin, il-pulizija u l-ġenituri tagħhom.

Dettalji

Data:
5 May 2019
Ħin:
11:00 am - 5:00 pm
Prezz:
free
Event Categories:
, ,

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Cert 12A