Electric Café Concert

- This event has passed.

Electric Café Concert
Fid-dinja mgħaġġla, ultra-konnessa u kumplessa ta’ llum, dejjem huwa ta’ serħan għalina l-bnedmin li nsibu daqsxejn ta’ wens f’xi rikordji nostalġiċi, fi żmien fejn moħħna kien ħieles mill-istorbju kollu li nsibu madwarna. Waħda mill-invenzjonijiet magħmula mill-bniedem stess, li ilha teżisti eluf ta’ snin u bl-aktar mod effettiv tista’ teħodna lura u tqanqal it-tifkiriet daqxejn imċajpra – hija l-mużika.
Electric Café se jagħmel dan.
Electric Café kien l-ewwel kunċert li Electronic Music Malta pproduċiet lura f’Diċembru 2015. Fl-2023, kbirna tmien snin oħra, u b’waħda mill-aktar line-ups ambizzjużi tagħna s’issa, ser niġbru 10 mill-ifjen artisti lokali. Flimkien, ser jinterpretaw ġabra ta’ siltiet klassiċi mix-xena tal-mużika elettronika, minn artisti bħal Daft Punk, Boards of Canada u Yazoo, fost oħrajn.
Dan il-progett huwa issaportjat mill-Arts Council Malta.
Tim Kreattiv
Att ta’ Appoġġ:
Gh⊕s††
Line up prinċipali:
Aidan Somers
Bark Bark Disco
Duo Blank
Hearts Beating in Time
Jay Zinga
Jodie Fiteni
Manuel Pulis
Mutex
Sound Synthesis
Stefan Xuereb
Yama Gata
Curation: Keith Farrugia & Toni Gialanze
Light Design: Late Interactive
Sound: Mark Agius
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali