Elektronika | Tmiem l-Ewwel Fażi
- This event has passed.
Elektronika | Tmiem l-Ewwel Fażi
Elektronika huwa proġett li ġie varat fi Frar tal-2021 bl-iskop li jiżviluppa storjografija tal-mużika elettronika f’Malta. Matul is-sena l-oħra, dan il-proġett żviluppa f’fażi ta’ riċerka permezz ta’ serje ta’ sessjonijiet ta’ stejjer orali fejn ġie esplorat l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tax-xena tal-mużika elettronika f’Malta.
F’din il-preżentazzjoni pubblika li ħa tiġi segwita b’dj set, ir-riżultati tal-ewwel fażi ta’ Elektronika se jkunu ppreżentati minn Mike Bugeja u Dr Toni Sant mill-Fondazzjoni M3P. Waqt dan l-avveniment, Salvatore Muscat (magħruf bħala Sequenchill) ħa jkun il-mistieden speċjali; fejn ħa jiġi ntervistat minn Mike Bugeja u wara ħa jdoqq dj set ta’ siegħa.
Dan il-proġett huwa mmexxi minn Electronic Music Malta flimkien mal-Fondazzjoni M3P u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti. Elektronika huwa parti mill-programmi ta’ Circuits u Spazju Kreattiv.
Creative Team: | Edwin Balzan, Michael Bugeja, Dr Toni Sant |
Partners: | Electronic Music Malta M3P Foundation Arts Council Malta Spazju Kreattiv |
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post