Estonian Film Days

- This event has passed.
Estonian Film Days
Jiem ta’ Films Estonjani Tradizzjonali f’Malta, sponsorjat mill-Ambaxxata tal-Estonja f’Ruma.
Mother Lioness
Data u ħin: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru, 2024, 6.00pm
Tul: Siegħa u 44 minuta
Ċertifikazzjoni: 12
Lingwa: Estonjan/Sottotitli bl-Ingliż
Helena hija mara b’saħħitha u effiċjenti, tabiba tal-emerġenza esperjenzata, li ma ssibhiex diffiċli tkampa mad-dettalji prattiċi tal-ħajja. Minħabba xogħolha, Helen hija konxja sew ukoll ta’ dak li jiġri wara bibien magħluqa u fid-dalma tal-lejl. Iżda l-fatt li hi ilha li abbandunat emozzjonalment lil bintha Stefi bħala omm jibqa’ mistur. Din il-ħarifa Stefi, tfajla ta’ 15-il sena intelliġenti iżda ta’ waħidha, tagħmel l-akbar biża’ ta’ kull omm issir realtà. It-tifla tqaxxar xagħarha, ma tibqax tmur skola, ma tibqax tmur lura d-dar billejl, u fl-aħħar, instigata mill-ħabiba ġdida tagħha Marianni, tispiċċa fi klikka ta’ żgħażagħ vjolenti, fejn mhumiex neqsin id-drogi, il-manipulazzjoni krudili jew il-bullying ċibernetiku. Helena tqatta’ l-ġranet tagħha tħossha mbeżża’ u l-iljieli tistenna u tfittex lil Stefi.
Sander, ta’ disa’ snin, huwa mifni bin-nuqqas ta’ oħtu, il-persuna li l-aktar li jieħu gost jilgħab magħha, u jbati min-nuqqas ta’ attenzjoni mill-ġenituri tiegħu. Ir-raġel tagħha Kaarel huwa maqbud bejn żewġ sitwazzjonijiet ibsin – jipprova jiggranfa mal-aħħar ftit fiduċja bir-ras iebsa tiegħu filwaqt li jkollu jaċċetta diżappunti dejjem akbar. Meta Stefi tispiċċa l-isptar b’doża eċċessiva ta’ droga, Helena toħroġ bi pjan iddisprat u bombastiku. Hi tippjana li taħtaf lil bintha bil-moħbi ta’ kulħadd u ssakkarha fid-dar antika fil-kampanja tal-familja. Hi tmur iżżur lil Stefi kuljum, issajrilha l-ikel u tittama li dan il-konfinament jaħdem. Iżda mhux kollox imur kif ippjanat. Il-bidla mhux mistennija tas-sitwazzjonijiet taqbad lil Helena xi mkien bejn ir-realtà u t-tamiet, u ġġiegħelha tħares fil-mera u tikkunsidra mill-ġdid l-imħabba tal-omm darba għal dejjem.
The Invisible Fight
Data u ħin: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru, 2024, 8.30pm
Tul: Siegħa u 55 minuta
Ċertifikazzjoni: 12
Lingwa: Estonjan/Sottotitli bl-Ingliż
The Invisible Fight huwa kummiedja tal-Kung Fu ambjentata f’monasteru tal-Ortodossi fl-Unjoni Sovjetika matul is-70ijiet. Il-protagonista tal-film Rafael, mekkanik tal-karozzi li sar hooligan, huwa fl-armata fuq kompitu ta’ għassa meta l-fruntiera tisfa attakkata minn gwerriera tal-Kung Fu Ċiniżi. Din qisha bħal revelazzjoni għal Rafael – esperti tal-Kung Fu hippies Ċiniżi b’xagħarhom twil itiru, lebsin l-iswed, bil-Black Sabbath idamdmu mill-isterjo portabbli tagħhom. Dak kollu li huwa pprojbit fl-Unjoni Sovjetika. Lura d-dar, Rafael jixtieq isir espert tal-Kung Fu bħalhom. Hu jsib opportunità biex jagħmel dan f’monasteru, post li għalih huwa ugwalment ribelluż u pprojbit fl-Unjoni Sovjetika, fejn il-patrijiet b’xagħarhom twil, lebsin l-iswed jippratikaw il-ġlied tagħhom. Iżda l-ġlieda tal-patrijiet hija inviżibbli – min hu l-aktar umli jirbaħ. Il-perkors biex Rafael jikseb il-poter omnipotenti tal-umiltà huwa twil u mimli ostakli, it-taqbida tiegħu hija mimlija kummiedja, tentazzjoni, fidi u mħabba, iżda fuq kollox, ferħ.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post