EUNIC Film Festival 2023
- This event has passed.
EUNIC Film Festival 2023
EUNIC huwa n-network Ewropew ta’ istituzzjonijiet kulturali u ambaxxati involuti f’relazzjonijiet kulturali internazzjonali, li jagħti ħajja lill-kollaborazzjonijiet kulturali f’iktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja b’network ta’ 136 raggruppament.
Il-EUNIC Cluster Malta tnieda f’Lulju tal-2021 u l-ewwel Festival tal-Films EUNIC Malta sar f’Novembru tal-2021 fi Spazju Kreattiv. Din is-sena hija it-tielet edizzjoni tal-festival u qiegħed jsir f’kollaborazzjoni mal-Europride. Il-missjoni ta’ EUNIC Malta huwa li jikkontribwixxi lejn l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli u li jirrifletti u jagħti valur lid-diversità tal-kulturi Ewropej u l-valuri komuni permezz ta’ avvenimenti u proġetti Ewropej konġunti.
11-il membru u msieħba qiegħdin jieħdu sehem f’dan l-avveniment: l-ambaxxati tal-Ġermanja, tal-Awstrija, tar-Repubblika Ċeka, ta’ Spanja, ta’ Franza u tal-Olanda, kif ukoll l-Alliance française, il-Kunsill Malti, l-Istituto Italiano di Cultura, il-British Council u r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea. 10 wirjiet ser jintwerew fuq perjodu ta’ 7 ijiem dwar it-tema tal-Europride 2024, “Ugwaljanza mill-Qalb”.
Kokon
Pajjiż: Ġerrmanja
Is-Sibt, 9 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
95 min
Cert:12
Bil-Ġermaniż bis-sottotitoli bl-Ingliż
Wieħed minn dawk is-sjuf li jġibu magħhom sħana kbira, u li matulu tikber malajr: l-ewwel imħabbiet u l-ewwel intoppi, Nora tfittex triqtha fil-klassi tal-ħaddiema ta’ Berlin fi Kreuzberg, bejn omm assenti u oħt ikbar fl-età u protettiva. Iżda ta’ 14-il sena, Nora ma tagħtix każ kwistjonijiet soċjali jew ta’ ġeneru, u ma jinteressahiex mill-mudelli ta’ Instagram: hija trid tgħix, toħroġ mill-fosdqa tagħha u ttir. Realizzazzjoni & Kitba: Leonie Krippendorff / Produttur: Jost Hering (2020)
The Law of love
Pajjiż: Repubblika Ċeka
Il-Ħadd, 10 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
80 min
Cert: 12
Ċek bis-sottotitoli bl-Ingliż
Jidher li s-soċjetà Ċeka hija miftuħa għal- LGBT . Iżda meta tiġi biex tillegalizza iż-żwieġ, l-injoranza u l-mibegħda jispikkaw f’salt. Czeslaw u sħabu jmexxu kampanja biex juru li l-ġlieda favur id-drittijiet tal-LGBT + fl-Ewropa għadha ma spiċċatx. Direttur: Barbora Chalupova (2022)
Breaking the ice
Pajjiż: Awstrija
It-Tlieta, 12 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
102 min
Cert: 12
Ġermaniż bis-sottotitoli bl-Ingliż
Il-film jitkellem dwar l-istorja ta’ Mira, mara żagħżugħa Awstrijaka, li taħrab mill-pressjoni li tieħu ħsieb il-vinji tal-familja tagħha billi tibda tilgħab il-hockey fuq is-silġ. Imbagħad jitfaċċa xi ħadd ġdid li jisfida l-mod riġidu tagħha li bih tara d-dinja, li jwassalha għal lejl fit-toroq ta’ Vjenna u jibdlilha ħajjitha. Meta jitfaċċa wkoll ħu Mira, li kien ilu nieqes żmien, u flimkien it-tlieta li huma jintilfu tard bil-lejl fi Vjenna, Mira dduq il-libertà li jġibu magħhom il-ksur tar-regoli, l-għajxien mill-ġdid – u tiskopri li l-imħabba tista’ tgħixha biss ladarba tkun liberu.
Direttur: Clara Stern / Produtturi: Nikolaus Geyrhalter, Markus Glaser, Michael Kitzberger, Wolfgang Widerhofer (2022)
Zen sul ghiaccio sottile u Q&A mad-direttur Margherita Ferri
Pajjiż: Italja
It-Tlieta, 12 ta’ Settembru, 2023 fit-8.30pm
87 min
Cert: 12
Bit-Taljan bis-sottotitoli bl-Ingliż
Maia, li jgħajtulha anke ZEN, hija tomboy imqarba iżda solitarja, ta’ 16-il sena, li tgħix f’raħal żgħir fil-quċċata tal-Appennini Taljani li jafu jkunu xi ftit imħarbta, iżda li fosthom tista’ ssib anke s-sbuħija. Hija l-unika tifla tat-tim lokali tal-ice hockey u tiġi bbuljata ta’ spiss mill-membri tat-tim tagħha minħabba l-attitudni maskili tagħha. Meta Vanessa – it-tfajla sabiħa u perplessa tal-kaptan tat-tim – taħrab mid-dar u tinħeba fid-dwejra tal-familja ta’ Maia, Maia tħossha libera li tafda lil xi ħadd għall-ewwel darba. Xprunati mill-bżonn li tinqata’ mir-rwoli li l-komunità żgħira ġiegħlithom jieħdu, Maia u Vanessa jibdew il-vjaġġ ta’ skoperta tagħhom infushom: l-esplorazzjoni tal-identità sesswali u tas-sesswalità tagħhom, fluwida u kontinwa bħal żgħożija mħarbta.
Direttur: Margherita Ferri (2018)
El Houb
L-Erbgħa, 13 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
Pajjiż: In-Netherlands
102 min
Cert: 15
Bl-Olandiż u bis-sottotitoli bl-Ingliż
Meta Karim, Marokkin-Olandiż jinqabad minn missieru ma’ raġel ieħor, huwa jgħaġġel lejn id-dar tal-ġenituri tiegħu sabiex ikollu konverżazzjoni dwar dak li kien għadu kif ġara. Iżda kif tista’ tindirizza problema ta’ din in-natura ġewwa familja li tevita b’mod assolut suġġetti sensittivi? Speċjalment b’ġar intrużiv li dejjem idur u jagħqad madwar id-dar fil-mument il-ħażin. Il-jiem diffiċli li jiġu wara jġibu magħhom memorji sbieħ u kommoventi. Karim jifhem li għandu jikkonfronta l-familja tiegħu biex fl-aħħar jinkiser is-silenzju li tant kien ilu hemm. Iżda jista’ jistenna li jiġi aċċettat mill-familja tiegħu jekk huwa qatt ma aċċetta s-sentimenti tiegħu stess?
El Houb (The Love) huwa debutt direttorjali umoruż li jqanqal ta’ Shariff Nasr, fejn jirrextaw Fahd Larhzaoui u l-atturi rebbieħa tal-premjijiet Lubna Azabal (Incendies, Adam) u Slimane Dazi (Un prophète). El Houb huwa l-ewwel feature film li jindirizza s-sensittivtà tal-mument tal-coming out fil-komunità Olandiża-Marokkina, u li ser jintwera għall-ewwel darba fid-dinja fl-avveniment prestiġġjuż tal-Frameline Film Festival f’San Francisco.
And then we danced
Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
L-Erbgħa, 13 ta’ Settembru, 2023 fit-8.30pm
Bil-Ġeorġjan bis-sottotitoli bl-Ingliż
Cert: 15
113 minuta
Merab ilu jitħarreġ mal-Ensemble Ġeorġjana Nazzjonali sa minn meta kien żgħir, flimkien mas-sieħba tiegħu Mary, li hija żeffiena wkoll. F’daqqa waħda, ħajtu tinqaleb ta’ taħt fuq meta Irakli, persuna kariżmatika u serena, isir kemm l-akbar rivali tiegħu kif ukoll dak li huwa jixtieq. F’din is-sitwazzjoni konservattiva, Merab ikollu jħalli kollox warajh u jirriskja kollox.
Dan intwera għall-ewwel darba fl-2019 fil-Quinzaine des réalisateurs ta’ Cannes u ntlaqa’ b’ċapċipa ta’ approvazzjoni ta’ 15 -il minuta. Id-dramm li jitratta t-tema ta’ formazzjoni omosesswali ta’ Levan Dakin għadda biex jieħu eloġji u premjijiet ġewwa festivals tal-films madwar id-dinja, fosthom il-Grand Prix, il-Best Film u l-Best Actor fil-Film Festival ta’ Odessa. Madankollu, fil-Ġeorġja, fejn il-film huwa ambjentat, l-udjenzi ġew suġġetti għall-protesti barra l-wirjiet, li xi drabi saru vjolenti, b’enfasi fuq il-kuraġġ li wieħed kellu bżonn sabiex joħloq dan il-film.
Direttur: Levan Akin (2019)
More Films for Freedom Programme – British Council
Pajjiż ir-Renju Unit
Il-Ħamis, 14 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
Siegħa u 26 minuta
Cert N/a
1. Film Qasir – The Men who speak Gayle – 10 min.Id-drag performer żagħżugħ Nathan huwa wieħed mill-aħħar nies li jitkellem il-gayle – lingwa sigrieta li l-komunità omosesswali kienet sfurzata tivvinta waqt l-Apartheid. Huwa jsir jaf dwar Louis, nattiv tal-Gayle f’belt konservattiva fid-deżert u li jrid jtella’ spettaklu miegħu, iżda ma jafx kif se tirreaġixxi l-belt.
2. Film qasir – Let my body speak – 10 min.
Dan il-film isegwi il-vjaġġ personali u intimu li jesplora r-repressjoni esperjenzata minn produttur tal-films waqt it-tfulija tagħha meta tiffaċċja l-kontroll sesswali f’Damasku. Permezz tal-użu kreattiv tal-arkivju tal-familja imħallat mal-filmati kurrenti hija terġa’ toħloq l-uġigħ tal-passat li huwa assorbit minn ġisimha.
3. Film Qasir – Nowhere – 20 min.
Mara Palestinjana żagħżugħa qasmet il-fruntiera Iżraeljana illegalment biex issib lil ħuha li kien ilu mitluf, li hi tittama li jkun il-biljett tagħha għal ħajja ġdida ’il bogħod mix-Xatt tal-Punent. Meta hi tiskopri l-verità dwar l-eżistenza tal-eżilju tiegħu, il-ħolm tagħha ta’ riunifikazzjoni ferħana jitfarrak u hija trid tiffaċċja l-passi li jmissha waħedha.
4. Film Qasir – Baba – 17 min
Irrifjutat minn familtu minħabba l-omosesswalità tiegħu u oppress minn pajjiżu minħabba l-istess raġuni, adoloxxenti Libjan, Brittania, jikseb intervista mal-Ambaxxata tar-Renju Unit, li tiftaħlu t-triq għad-dinja omosesswali vibranti ta’ Canal Street f’Manchester, u li jkun omosesswali huwa dak kollu li qatt ħolom bih.
Iżda hu għandu bżonn passaport. Huwa jħabbat wiċċu mal-memorji tal-Baba oppressiv tiegħu iżda appoġġat mill-familja ta’ omosessswali li sab, bil-moħbi hu jmur lura lejn id-dar tal-familja biex jeħodha lura. Hemmhekk, skoperta mhux mistennija tolqtu fil-fond u tisfurzah isaqsi fejn jinsab tassew il-ħolm tiegħu.
5. Film Qasir – Egúngún – 14 min
F’dan id-dramm bi stil u li jiġbdek ta’ Olive Nwosu, mara tirritorna lejn belt twelidha, Lagos u tfittex il-fejqan. Minflok, tiskopri triq li teħodħa fl-imgħoddi tagħha u lejn mod ġdid ta’ kif tifhem lin-nies u l-esperjenzi li sawwruha
6. Film Qasir – Prayers for sweat waters – 16 min
Vjaġġ fil-fond ġewwa r-realtajiet vividi ta’ tliet ħaddiema tas-sess li jgħixu f’Cape Town, fl-Afrika t’Isfel waqt il-pandemija tal-COVID-19.
Ġabra ta’ film qosra Malta
Pajjiż: Malta
54 mins
Il-Ħamis, 14 ta’ Settembru, 2023 at 8.30pm
Cert N/a
1. Film Qasir – In his image – 10 min
Sinossi: Raġel żagħżugħ jidħol fid-dar ta’ raġel ta’ età medja. Mhijiex l-ewwel darba li jagħmel hekk. Hemm, huma jkollhom konverżazzjoni li twassal għal xi ħaġa aktar, u għal xejn. Dan il-film artistiku b’tema omosesswali xogħol żewġ awturi huwa esplorazzjoni tal-identità, tal-maskulinità u tal-ħarsa.
Direttur: Matteo Pullicino
2. Film Qasir – Searching for the wave – 14 min
Faye, b’qalbha maqsuma u mħawda, tiftakar fir-relazzjoni reċenti tagħha ma’ Ava bit-tama li tifhem għaliex telqet mingħajr traċċa. Eventwalment dan iwassal lil Faye tifhem xi ħaġa oskura fuq it-tfulija tas-sieħba li kellha. F’dan id-dramm qasir, Chelsea Muscat tesplora l-imħabba omosesswali u l-ksur ta’ qalb, u ċ-ċiklu tat-trawma fit-tfulija.
Direttur: Chelsea Muscat
3. Film Qasir – Venus Melite – 30 min
Sinossi: Fotografu omosesswali li qed jżur il-gżira ta’Malta jsib ispirazzjoni u komfort f’żagħżugħ li jrabbi n-naħal, iżda titqabad mar-rwol tagħha ta’ artista quddiem forzi politiċi kumplessi.
Direttur: Scott Lyman
Te Estoy Amando Locamente
Pajjiż: Spain
Il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru, 2023 fis-6.00pm
107 min
Bl-Ispanjol, bis-sottotitoli bl-Ingliż
Cert: 12
Isegwi omm li hija nvoluta fil-moviment omosesswali tas-sebgħinijiet.
Reġija ta’ Alejandro Marin / Xenarju: Carmen Garrido Vacas (2023)
La revanche des Crevettes Pailletées – u Q&A mad-direttur Cedric Le Gallo
Pajjiż: Franza
Il-Ġimgħa, 15 ta’ Settembru, 2023 fit-8.30pm. Q&A wara l-iscreening ma’ Alain Gavand, Direttur tal-Osservatorju tal-NGO Franċiża LGBT+ L’Autre Cercle.
113 min
Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż
Cert: 12
B’introduzzjoni minn Alain Gavand, Direttur tal-Osservatorju tal-NGO Franċiża LGBT+ L’Autre Cercle.
Fi triqithom lejn il-Logħob Omosesswali f’Tokyo, il-Glitter Shrimps jitilfu t-titjira ta’ konnessjoni tagħhom u jibqgħu l-art fir-Russja, f’reġjun partikolarment omofobiku. Dan isegwi l-ewwel film bir-reġija ta’ Cédric Le Gallo bl-isem ta’ Les Crevettes Pailletées.
Il-film ntwera għall-ewwel darba f’kompetizzjoni uffiċjali fil-Festival Internazzjonali tal-Films Komiċi ta’Alpe d’Huez fl-2021.
Diretturi: Cédric Le Gallo u Maxime Govare (2022)
Atturi: Nicolas Gob, Michaël Abiteboul, Bilal El Atreby, David Baiot
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post