EUNIC Film Festival 2024
- This event has passed.
EUNIC Film Festival 2024
L-EUNIC huwa n-network Ewropew ta’ istituti kulturali u ambaxxati li jinvolvu ruħhom f’relazzjonijiet kulturali, li jagħtu ħajja lil kollaborazzjonijiet f’aktar minn 100 pajjiż minn madwar id-dinja b’network ta’ 136 raggruppament.
L-EUNIC Malta Cluster tnieda f’Lulju 2021. Il-missjoni tal-Cluster hija li jikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u li jirrifletti u jagħti valur lid-diversità tal-kulturi u l-valuri komuni Ewropej permezz ta’ avvenimenti u proġetti Ewropej konġunti.
Wieħed minn dawn l-avvenimenti huwa l-festival tal-films annwali tal-EUNIC. Din is-sena taħbat ir-raba’ edizzjoni tal-avveniment. It-tema ta’ din is-sena hija “Magħqudin fid-Diversità”, il-motto tal-Unjoni Ewropea. Fuq perjodu ta’ sitt ijiem, bejn l-24 u d-29 ta’ Settembru, il-festival tal-films juri erbatax-il film, li jiċċelebraw id-diversità fil-forom kollha tagħha.
Fl-avveniment se jieħdu sehem tnax-il membru u sħab: l-ambaxxati tal-Awstrija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Ġermanja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja u ta’ Spanja, kif ukoll l-Alliance française, l-Arts Council Malta, il-Kunsill Brittaniku, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u l-Istituto Italiano di Cultura.
Waltzing Matilda
Storja ta’ Karel Jaroš, raġel li ma juri l-ebda emozzjoni u li ommu ssofri mill-marda ta’ Alzheimer. Mhijiex l-imħabba, iżda s-sens ta’ dmir li jwaqqfu milli jdaħħal lil ommu f’istituzzjoni mentali. Min-naħa l-oħra, b’dan il-mod fl-aħħar jista’ joħloq relazzjoni magħha. U mhux biss magħha iżda wkoll mat-tifel adoloxxenti tiegħu u miegħu stess.
Data u ħin: It-Tlieta, 24 ta’ Settembru, 2024, 5pm
Tul: Siegħa u 53 minuta
Ċertifikazzjoni: 15 Lingwa: Ċek b’sottotitoli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Repubblika Ċeka
When will it be again like it was never before
Il-fatt li tikber f’kumpless ta’ wieħed mill-akbar sptarijiet psikjatriċi tal-Ġermanja huwa ċertament xi ħaġa mhux tas-soltu. Għal Joachim, l-iżgħar iben tad-direttur, il-pazjenti jarahom bħala parti mill-familja. Dawn iġibu ruħhom ukoll ħafna aħjar miegħu milli maż-żewġ ħutu ikbar minnu, li ħafna drabi jqabbżuwielu. Ommu, li tħobb tpinġi bl-akkwarelli, tixtieq li tinsab ġewwa l-Italja bl-iljieli sajfin tagħha minflok ġewwa l-Ġermanja fejn ix-xita dejjem niżla, filwaqt li missieru b’mod sigriet, iżda mhux diskret biżżejjed, jagħmel dak li jiġih f’moħħu. Iżda filwaqt li naraw lil Joachim jikber bil-mod, id-dinja tiegħu, mhux biss minħabba l-fatt li jitlef l-ewwel persuna li jkun iħobb, tkompli titkisser dejjem aktar…
Dan il-film tassew tad-daħk u kommoventi, ibbażat fuq ir-rumanz awtobijografiku ta’ Joachim Meyerhoff, jirrakkonta kemm mhuwiex faċli li tkun familja. Forsi vera mhijiex familja normali, iżda fuq kollox min irid ikun normali?
Storja ta’ persuna li tikber f’ċirkostanzi mhux tas-soltu, b’kast mill-aqwa, taħt id-direzzjoni ta’ Sonja Heiss, li mexxiet il-film rebbieħ ta’ bosta premjijiet “Hedi Schneider is Stuck” u li kitbet ir-rumanz fost l-aktar mibjugħa “Rimini”. Il-parti ta’ Joachim meta kien żgħir hija interpretata minn Camille Loup Moltzen, dik meta kellu 14-il sena hija interpretata minn Arsseni Bultmann u dik meta kien żagħżugħ hija interpreata minn Merlin Rose. L-istilla Devid Striesow huwa l-missier psikjatra tiegħu, filwaqt li Laura Tonke, li rebħet il-Premju tal-Films Ġermaniż għal “Hedi Schneider is Stuck” tinterpreta l-parti ta’ ommu, mara tassew unika. Il-kast ta’ appoġġ mhux tas-soltu jikkonsisti kemm f’atturi professjonali kif ukoll f’atturi mhux professjonali b’kundizzjonijiet psikjatriċi u mingħajrhom.
Data u ħin: It-Tlieta, 24 ta’ Settembru, 2024, 7:30pm
Tul: Siegħa u 56 minuta
Ċertifikazzjoni: 15
Lingwa: Ġermaniż b’sottotitoli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Ġermanja
Perfect as You Are
Kummiedja drammatika dwar il-gideb li ngħidu, fejn ħaddiem fil-qasam tar-reklamar li ma jiflaħx aktar jipprova jagħti spinta lill-karriera letterarja tiegħu billi taparsi jkun qiegħed f’relazzjoni romantika mal-awtur ta’ ktieb fost l-aktar mibjugħa bit-tema ta’ kif tista’ tgħin lilek innifsek.
Data u ħin: L-Erbgħa, 25 ta’ Settembru, 2024, 5pm
Tul: Siegħa u 45 minuta
Ċertifikazzjoni: 15
Lingwa: Ungeriż b’sottotitoli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Ungerija
Murina
Naraw kif it-tensjoni tikber dejjem aktar bejn Julija, adoloxxenti li ma għandhiex kwiet, u l-missier oppressiv tagħha Ante meta ħabib antik tal-familja jasal f’darhom li tinsab fuq gżira Kroata. Waqt li Ante jkun qed jipprova jilħaq ftehim li jista’ jibdillu ħajtu, l-eżistenza trankwilla iżda iżolata tagħhom twassal biex Julija tkun tixtieq aktar minn dan il-viżitatur importanti, li jagħtiha togħma żgħira ta’ liberazzjoni matul tmiem il-ġimgħa fejn jirrenjaw ix-xewqat u l-vjolenza.
Data u ħin: L-Erbgħa, 25 ta’ Settembru, 2024, 7:30pm
Tul: Siegħa u 32 minuta
Ċertifikazzjoni: 15+
Lingwa: Kroat b’sottotitoli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Kummissjoni Ewropea
More Films for Freedom – 4 short films
Filwaqt li jibni fuq is-suċċess tal-Five Films For Freedom, More Films for Freedom huwa programm ta’ kummissjonar mit-tim tal-British Council’s Film, li jaħdem fi sħubija man-Netwerk BFI, l-inizjattiva għall-iżvilupp tat-talent tal-British Film Institute. Bħala riżultat, issa hemm għaxar films qosra li jistgħu jintwerew bla ħlas, magħmula minn timijiet mir-Renju Unit f’kollaborazzjoni ma’ produtturi tal-films Palestinjani, tal-Afrika t’Isfel, Sirjani, Niġerjani, Kenjani, Franċiżi/Libaniżi u Libjani. Flimkien, il-films juru t-talent liema bħalu tal-produtturi tal-films u jesploraw suġġetti varjati fosthom il-ġeneru, is-sesswalità u l-kunflitt, il-kultura tal-omosesswalità interġenerazzjonali, il-migrazzjoni u r-rabtiet familjari. Bħala parti minn dan il-programm se jiġu ppreżentati l-films li ġejjin, prodotti bħala parti mill-kummissjonijiet tal-2022:
- Neo Nahda, ir-Renju Unit b’kollaborazzjoni Franċiża/Libaniża, 2022, Kittieb/Direttur: May Ziade; Produttur: Antonia Luxem
- The Enchanted Day of the Eres, Ir-Renju Unit b’kollaborazzjoni Brażiljana, 2022, Kittieb/Diretturi: Coraci Ruiz, Julio Matos; Produtturi: Zan Barberton, Scott Radnor
- Shee, Ir-Renju Unit b’kollaborazzjoni Kenjana, 2022, Direttur: Lia Campbell; Kittieb: Anita Ashley; Produtturi: John McIlduff, Anna Callan
- A Bird Called Memory; Ir-Renju Unit b’kollaborazzjoni Brażiljana; Kittieb/Direttur: Leonard Martinelli; Produtturi; Rafael Manuel, Naomi Pacifique, Rafael Texeira, Leonardo Martinelli
Data u ħin: Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru, 2024, 5pm
Tul: 48 minuta (total)
Ċertifikazzjoni: 15
Lingwa: Ingliż
EUNIC Festival – Kunsill Brittaniku
Kafkas letzte Reise
Sal-lum, Kafka, li twieled fi Praga u miet fl-Awstrija, jibqa’ wieħed mill-aktar personaġġi enigmatiċi tal-moderniżmu letterarju. Fil-100 anniversarju ta’ mewtu, dan id-dokumentarju ġdid u esklużiv isegwi l-aħħar stadji tal-ħajja ta’ Franz Kafka minn Praga sas-sanatorju f’Kierling qrib Klosterneuburg, l-Awstrija. Id-dokumentarju juri ittri u dokumenti li huma xhieda tat-tfittxija ddisprata ta’ din il-persuna li ssofri mit-tuberkolożi biex iħossha aħjar. L-intervisti mar-riċerkaturi ta’ Kafka jiffokaw fuq li wieħed isir jaf aktar fuq l-aħħar fażi ta’ ħajjet il-kittieb.
Data u ħin: Il-Ħamis, 26 ta’ Settembru, 2024, 7:30pm
Tul: Siegħa u 5 minuti
Ċertifikazzjoni: 15
Lingwa: Ġermaniż
EUNIC Festival – Awstrija
Carmen
Carmen, li huwa ispirat minn ġrajjiet veri, huwa storja sabiħa ambjentata f’raħal fil-gżira Mediterranja ta’ Malta. Carmen (Natascha McElhone) kienet ilha tieħu ħsieb ħuwha, is-saċerdot fill-knisja tar-raħal, minn mindu kellha 16-il sena. Issa li għandha kważi 50 sena, f’daqqa waħda tinsab f’sitwazzjoni li trid tibda ħajja ġdida. Filwaqt li taċċetta l-passat tagħha, Carmen tferraħ ħajjet in-nies tar-raħal f’din l-istorja dwar mara li ssib leħinha.
Data u ħin: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, 2024, 5pm
Tul: Siegħa u 30 minuta
Ċertifikazzjoni: 12A Lingwa: Malti u Ingliż
EUNIC Festival – Malta
Mi Vida
Wara vjaġġ li fetħilha għajnejha fi Spanja, parrukkiera rtirata min-Netherlands trid tibda ħajja ġdida ‘l bogħod minn darha u lil hinn mill-aspettattivi ta’ ħaddieħor.
Data u ħin: Il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, 2024, 7:30pm
Tul: Siegħa u 28 minuta
Ċertifikazzjoni: 12A Lingwa: Olandiż, Ingliż, Spanjol b’sottotitoli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Netherlands
My Grandfather’s Demons
Rosa hija disinjatriċi ta’ suċċess li tgħix ġewwa belt kbira. Wara l-mewt għall-għarrieda ta’ nannuha, hi tintebah li minn mindu telqet art twelidha qatt ma għexet f’post fejn kienet tħoss sens ta’ rabta jew imħabba, u b’hekk tirritorna f’raħal twelidha fuq il-fruntiera bejn it-Tramuntana tal-Portugall u l-Galicia fi Spanja.
Data u ħin: Is-Sibt, 28 ta’ Settembru, 2024, 11am
Tul: 1hr 20mins
Ċertifikazzjoni: PG
Lingwa: Portugiż b’sottotitli bl-Ingliż
EUNIC Festival
Tadeo Jones 3: The Emerald Tablet
Tad jixtieq li jitqies sempliċement bħala arkeologu bħall-oħrajn fost il-kollegi tiegħu, iżda bħal dejjem, jispiċċa biex jagħmel kollox bil-kontra: din id-darba jeqred Piramida Olmeka, dan kollu biex jeħles lil sħabu minn magħmul li huwa ta’ theddida għal ħajjithom. Meta jasal f’punt li kulħadd idur kontrih, Tad imur fuq vjaġġ mimli avventura li jieħdu mill-Messiku sa Chicago u minn Pariġi sal-Eġittu biex isib mod kif itemm is-saħta tal-Mummja.
Data u ħin:
- Is-Sibt, 28 ta’ Settembru, 2024, 5pm – Ikklikkja hawn għall-biljetti
- Il-Ħadd, 29 ta’ Settembru, 2024, 11am – Ikklikkja hawn għall-biljetti
Tul: 1hr 29mins
Ċertifikazzjoni: PG
Lingwa: Spanjol
EUNIC Festival – Spanja
3 nuits par semaine
Baptiste ta’ 29 sena ikun f’relazzjoni ma’ Samia, meta jiltaqa’ ma’ Cookie Kunty, drag queen żagħżugħa li tiffrekwenta l-klabbs u d-diskoteki ta’ Pariġi. Bl-idea li jagħmel proġett tar-ritratti magħha, huwa jidħol f’dinja li ma jaf xejn dwarha, u jiskopri lil Quentin, iż-żagħżugħ li jilbes ta’ drag queen.
Data u ħin: Is-Sibt, 28 ta’ Settembru, 2024, 7:30pm
Tul: 1hr 43mins
Ċertifikazzjoni: 15
Lingwa: Franċiż
EUNIC Festival – Franza
Cosmos
Cosmos, adattament liberu tar-rumanz fenomenali ta’ Witold Gombrowicz li jġib l-istess isem, huwa thriller metafiżiku noir li jirrakkonta l-istorja ta’ żewġt iħbieb li jqattgħu xi żmien f’pensjoni ġewwa l-kampanja fejn jiskopru sinjali misterjużi u tal-biża’.
Witold għadu kif ma għaddiex mill-eżamijiet tal-liġi tiegħu, u Fuchs dan l-aħħar telaq mix-xogħol tiegħu minn ma’ ditta tal-moda f’Pariġi. It-tnejn li huma se jqattgħu xi ftit tal-jiem fil-kampanja u jagħżlu li joqogħdu f’lukanda mmexxija minn familja. L-ewwel ħaġa li jaraw meta jaslu huwa għasfur tal-bejt imdendel bi spaga fil-foresta. Imbagħad, biċċa injama mdendla bl-istess mod, u sensiela ta’ sinjali strambi fuq is-saqaf, fil-ġnien u fil-bosk.
Fil-pensjoni, insibu qaddej, li għandu ħalqu mgħawweġ u stramb, u żagħżugħa li tieħu ħsieb il-post li Witold jispiċċa jitlef rasu għaliha daqs kemm tkun togħġbu. Hija diġà miżżewġa ma’ żagħżugħ tal-affari tiegħu, iżda l-istess jgħodd għaliha?
It-tielet ħaġa mdendla huwa qattus, xogħol Witold. Għaliex għamel dan? Jista’ jmiss lil xi bniedem issa?
Data u ħin: It-Tlieta, 29 ta’ Ottubru 2024, fis-7:30pm.
Tul: 1hr 43mins
Ċertifikazzjoni: 15
Lingwa: Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Polonja
Mi fanno male i capelli
Monica qed titlef il-memorja tagħha u ħajjitha qed titfarrak. It-tobba jgħidulha li għandha s-sindrome ta’ Korsakoff. Din m’hemmx fejqan għaliha. Iżda mbagħad isseħħ xi ħaġa mhux mistennija: Monica ssib mod biex tagħti sens għal dak li qed jiġri billi “tissellef” il-memorji ta’ Monica oħra, waħda li dejjem kienet tammira: Monica Vitti. Hija tibda tilbes bħalha, timmitaha, tirreċta partijiet mill-films tagħha u tidentifika ruħha mal-karattri tagħha, sakemm id-distinzjoni bejn il-film u r-realtà ma tibqax ċara. Ir-raġel tagħha Edoardo, li jħobbha immens, ma jwaqqafx lil din is-sitwazzjoni milli ssir il-ħajja l-ġdida tagħhom.
Data u ħin: Il-Ħadd, 29 ta’ Settembru, 2024, 7:30pm
Tul: 1hr 23mins
Ċertifikazzjoni: PG
Lingwa: Taljan b’sottotitli bl-Ingliż
EUNIC Festival – Istituto Italiano
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post