European Arthouse Cinema Day 2021

Loading Events
  • This event has passed.

European Arthouse Cinema Day 2021

14 Novembru 2021

Nhar l-14 ta’ Novembru 2021 ser iseħħ il-sitt Jum Ewropew taċ-Ċinema Arthouse fiċ-ċinemas madwar id-dinja kollha. Ingħaqad magħna biex niċċelebraw iċ-ċinemas arthouse u d-diversità kbira tal-films Ewropej, ilkoll flimkien fl-istess jum.

Nixtiequ nirringrazzjw lil-Ambaxxata ta’ Spanja, l-Ambaxxata tal-Irlanda, l-Istituto Italiano di Cultura la Valletta u l-Alliance Française de Malte-Méditerranée għall-kontribut tagħhom lill din iċ-ċelebrazzjoni ċinematika.


Two By Two: Overboard!
Data u Ħin: Il-Ħadd 14 ta’ Novembru 2021, 12pm
Ċert: PG
Lingwa: Ingliż

Iċ-ċkejken Nestrian Finny u l-ħabiba tal-qalb tiegħu Leah, li hija Grymp, aċċidentalment jaqgħu minn fuq l-arka u jispiċċaw bejn sema u ilma. Hemm barra waħedhom fuq ċattra, maltempata tifridhom minn xulxin. Filwaqt li Finny isib kolonja sħiħa ta’ Nestrians taħt l-ilma, Leah tasal fuq gżira sabiħa. Imma jaħasra mhux aħjar kieku din l-art ġdida ma titheżżiżx daqshekk ta’ spiss u ma ddaħħanx mill-quċċata tal-muntanja?


Julia ist
Data u Ħin: Il-Ħadd 14 ta’ Novembru 2021, 2.30pm
Ċert: 15
Lingwa: Spanjol b’sottotitli bl-Ingliż

Qabel ma rħietilha lejn Berlin għal sena Erasmus, għal Julia, studenta tal-arkitettura ta’ 21 sena, il-futur kien jidher pjuttost sempliċi. Meta tasal hemm, u ssib ruħha waħedha għall-ewwel darba f’ħajjitha, tirrealizza li ma tafx lilha nfusha sew daqs kemm kienet taħseb, u li fil-verità ma tafx eżatt xi trid tagħmel. Ser ikollha taffaċċja l-isfida li tibni ħajja f’belt enormi u mimlija nies.


C’Eravamo Tanto Amati
Data u Ħin: Il-Ħadd 14 ta’ Novembru 2021, 5.30pm
Ċert: 12
Lingwa: Taljan b’sottotitli bl-Ingliż

Tlett iħbieb jinżlu rebbieħa mill-muntanji fejn kienu ġġieldu flimkien bħala partiġġjani kontra l-faxxisti. Jinfirdu, iżda matul it-tletin sena ta’ wara jiltaqgħu bosta drabi. Gianni (Vittorio Gassman) isir avukat u jiddefendi xi każijiet mhux daqstant onorabbli, jidħol fi żwieġ ta’ konvenjenza li jagħmlu sinjur u jsir ras kbira fl-industrija tal-kostruzzjoni. Antonio (Nino Manfredi), intelletwali tax-xellug li għandu namra għaċ-ċinema, jirrifjuta li jagħmel kompromess, jitlaq lill-mara u lil ibnu kif ukoll xogħolu bħala għalliem f’raħal żgħir biex isir ġurnalist tal-films f’Ruma. Antonio (Stefano Satta Flores) jaħdem ta’ paramediku fi sptar u għandu eżistenza umli mdawla biss mill-imħabba li għandu għall-attriċi sabiħa Luciana (Stefania Sandrelli), li fil-fatt it-tlett irġiel ser isiru jħobbu f’xi punt jew ieħor tal-istorja. Mela għandna kapitalist, intelletwali, u membru tal-proletarjat, u mbagħad għandna l-muża. Id-destin u l-perkors tal-erba’ personaġġi huwa intraċċat fuq medda ta’ tletin sena, bit-tidwir u l-kunflitti kollha, u bl-okkażjonijiet fejn jinzertaw f’salib it-toroq mal-istorja tal-film Taljan li f’dak iż-żmien ikun fl-aqwa tiegħu (Federico Fellini, Vittorio De Sica, Marcello Mastroianni jikkontribwixxu b’dehriet spontanji fil-film).

 


Les Bronzes font du ski
Data u Ħin: Il-Ħadd 14 ta’ Novembru 2021, 8.30pm
Ċert: 12A
Lingwa: Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż

Grupp ferrieħi ta’ ħbieb jiltaqa’ matul vaganza tal-iskijjar u jesperjenza avventuri inkredibbli. Laqgħat mill-ġdid u laqgħat b’kumbinazzjoni, problemi sentimentali, bawxati f’altitudni għolja u ħafna daħk jikkaratterizzaw il-vaganza ta’ dawn il-ħbieb ta’ dejjem!


Il-patruni kollha li se jattendu avvenimenti fi Spazju Kreattiv għandhom jippreżentaw ċertifikazzjoni tal-vaċċin fil-punt tad-dħul tagħhom.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Dħul b'xejn
Konċessjonijiet
Dħul b'xejn
Tfal
Dħul b'xejn
Cinema Club Members
Dħul b'xejn
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
varji
Ċert
varji
Lingwa
varji
:

This image has an empty alt attribute; its file name is Standard-IFI-logo-150x89.jpg
This image has an empty alt attribute; its file name is AC_FUND_ArtofFilm-150x53.png
This image has an empty alt attribute; its file name is Culture-Ireland-Colour_Logo_2-150x27.jpg
This image has an empty alt attribute; its file name is Embassy-Irelanc-Logo-150x150.jpg
This image has an empty alt attribute; its file name is marketingmaterials-new-logoamb-maltehd-cmjn-145x150.jpg
This image has an empty alt attribute; its file name is marketingmaterials-new-aflogonew-150x112.jpg
This image has an empty alt attribute; its file name is download.png

This image has an empty alt attribute; its file name is marketingmaterials-new-nuovologoiic-colore-lavallettaframe-150x85.jpg
This image has an empty alt attribute; its file name is art-cinema-cicae-1.jpg