European Arthouse Cinema Day 2024
- This event has passed.
European Arthouse Cinema Day 2024
Mill-2016, is-CICAE organizzat il-Jum Ewropew taċ-Ċinema Arthouse, li jiċċelebra t-teatri taċ-ċinema arthouse madwar id-dinja, l-udjenzi tagħhom u ovvjament, il-films Ewropej. Bl-għan li jintroduċi d-diversità tal-films Ewropej lil udjenzi ġodda u jippromwovi teatri taċ-ċinema lokali bħala ċentri tal-komunità, l-EACD jappoġġa lit-teatri taċ-ċinema biex jiżviluppaw programmi ġodda eċċitanti mfassla biex jagħtu spinta lil-litteriżmu u l-kuxjenza tal-films, biex il-films Ewropej jilħqu l-udjenzi li jistħoqqilhom.
Il-Jum Ewropew taċ-Ċinema Arthouse ta’ din is-sena sar possibbli bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata tal-Irlanda f’Malta, tal-Ambaxxata ta’ Franza f’Malta u tal-Alliance Francaise de Malte-Méditerranée. Il-Jum Ewropew taċ-Ċinema Arthouse huwa organizzat mis-CICAE, l-International Confederation of Arthouse Cinemas
Il-Ħadd, 17 ta’ Novembru, 2024, 5.00pm
I dream in photos
Tul: Siegħa u 20 minuta
Lingwa: Ingliż
Dan id-dokumentarju jesplora l-ħajja u l-ħidma tal-fotoġurnalist rebbieħ tal-Premju Pulitzer Cathal McNaughton, li telaq mill-“aqwa xogħol tad-dinja” fil-quċċata tal-karriera tiegħu fl-età ta’ 40 sena biss. Bħala l-kap fotografu għal Reuters fl-Indja, McNaughton ivvjaġġa ħafna fl-Asja fejn kopra stejjer tal-aħbarijiet ta’ importanza mondjali. Ir-ritratti tiegħu tal-Musulmani Rohingya eżiljati rebbħuh il-Premji Pulitzer għall-Fotografija fl-2018.
Lil Cathal issa nsibuh jgħix ħajja monastika f’dar ta’ sajjied f’Cushendall, Co. Antrim. L-ossessjoni bl-arti tiegħu mexxietu ’l bogħod minn familtu u minn ibnu. Hu u jibni mill-ġdid relazzjonijiet personali, jiltaqa’ mal-isfidi tad-diffikultajiet tal-passat tiegħu. Dan id-dokumentarju, dirett minn Gary Lennon (A Doctor’s Sword, Castro’s Spies) u Ollie Aslin, iqis il-25 sena ta’ xogħol ta’ Cathal u l-importanza tal-fotoġurnaliżmu f’dinja ddominata mill-media soċjali u l-aħbarijiet foloz.
Il-Ħadd, 17 ta’ Novembru, 2024, 7.30pm
De Gaulle
Lingwa: Franċiż b’sottotitli bl-Ingliż
Tul: Siegħa u 50 minuta
Ċertifikazzjoni: 15
1940. De Gaulle jopponi lil Pétain għaliex irid ikompli l-offensiva militari. F’Colombey, martu Yvonne hija mġiegħla titlaq. Il-familja taf ir-rotot tal-eżodu għall-Brittanja. Hekk kif kien qed joqrob l-armistizju, de Gaulle jagħżel li jitlaq lejn Londra, fejn Churchill, li jsir alleat, jippermettilu jkellem lill-BBC fit-18 ta’ Ġunju. Yvonne u Charles, wara vjaġġ twil, eventwalment sabu ruħhom fil-belt kapitali ta’ Londra.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post