Exhibition On Screen: Easter In Art

- This event has passed.
Exhibition On Screen: Easter In Art
Data u ħin
It-Tlieta, 5 ta’ April, 2022, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 15 ta’ April, 2022, 6pm
L-istorja tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu ddominat il-kultura tal-Punent għal dawn l-aħħar elfejn sena. Hija waħda mill-aktar avvenimenti sinnifikattivi ta’ kull żmien, hekk kif tiġi interpretata u spjegata mill-vanġeli, iżda bl-istess mod, wieħed jista’ jara l-faxxinu tal-istorja nnifisha hekk kif tiġi interpretata mill-aqwa artisti fl-istorja.
Mit-trijonfaliżmu għall-goff, mill-etereali għas-sens tattili, xi wħud mill-aqwa biċċiet tal-arti taċ-ċivilizazzjoni tal-Punent jiffukaw fuq dan il-mument imporptanti. Dan il-film ġie mibni fuq l-esplorazzjoni tal-istorja tal-Għid hekk kif din ġiet imfissra bl-art, miż-żmien tal-ewwel Insara sal-ġurnata tal-illum.
Miġbud f’Iżrael, l-Istati Uniti u fl-Ewropa, dan il-film jesplora modi differenti li bih l-artisti – inkluż Caravaggio, Raphael, Leondardo, El Greco, Bosch, Rembrandt, Munch, Micelangelo u oħrajn – fissru l-istorja tal-Għid matul iż-żminijiet. Irrilevanti jekk intix reliġjuż jew le, dan il-film straodinarju jirrakkonta mhux biss l-aktar storja affaxxinanti li qatt intqalet, iżda l-aqwa storja li qatt ġiet impittra – storja li tiżvela ħafna dwar l-istorja taċ-ċivilizzazzjoni tagħna.
Dirett minn Phil Grabsky