Exhibition On Screen: Encore Frida Kahlo

- This event has passed.
Exhibition On Screen: Encore Frida Kahlo
Data u ħin
It-Tlieta, 8 ta’ Marzu, 2022, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu, 2022, 6.30pm
Min kienet Frida Kahlo? Kulħadd jafha, imma minn kienet il-mara wara l-pitturi b’kuluri vibranti, il-ħuġbejn kbar, u l-kuruni tal-fjuri? Irkeb fuq vjaġġ permezz tal-ħajja ta’ ikona vera, skopri l-arti tagħha, hi u tikxef il-verità wara l-ħajja tagħha ta’ spiss mqallba.
Bl-użu ta’ l-aħħar avvanzi fit-teknoloġija biex inwasslu kwalità li qabel ma kinitx immaġinabbli, aħna nagħtu ħarsa fil-fond lejn xogħlijiet ewlenin matul il-karriera tagħha. Bl-użu ta’ ittri li kitbet Kahlo biex tiggwidana, dan il-film definittiv jiżvela l-iktar emozzjonijiet profondi tagħha u jiftaħ is-sigrieti u s-simboliżmu li jinsabu fl-arti tagħha.
Dokumentarju bit-trejdmark Exhibition on Screen jinkludi kombinazzjoni ta’ intervisti, kummentarji u esplorazzjoni ddettaljata tal-arti tagħha b’festa ta’ kuluri vibranti. Dan il-film personali u intimu joffri aċċess privileġġat għax-xogħlijiet tagħha, u jenfasizza s-sors tal-kreattività tagħha, ir-reżiljenza tagħha, u x-xewqa għall-ħajja, il-politika, l-irġiel u n-nisa.
Dirett min Ali Ray