
- This event has passed.
Exhibition on Screen – I, Claude Monet
Rasi se tisplodi – Irrid inpitter kollox.
Claude Monet
Id-direttur rebbieħ ta’ diversi unuri, Phil Grabsky, jagħtina perspettiva ġdida għall-wieħed mill-aktar artsiti favoriti fid-dinja – permezz ta’ kliemu stess. I, Claude Monet, huwa bbażat fuq 2,500 ittra li jiżvelaw fatturi ġodda fuq il-ħajja ta’ dan ir-raġel li mhux biss welled l-imppressjoniżmu bl-ewwel pittura tiegħu iżda li probabilment huwa l-aktar pittur influenti u ta’ suċċess tas-seklu 19 u tas-seklu 20.
Il-ħajja ta’ Monet tista’ titqabbel ma’ storja li tqanqlek minħabba li wara t-tila kkullurita li kien ipitter, kien hemm raġel mifni bi problemi tad-dipressjoni, solitudni u anke saħansitra bi ħsibijiet ta’ suwiċidju. Madanakollu, l-arti tiegħu żviluppat, u l-imħabba tiegħu għall-ġardinaġġ ispiratu biex ippoloraizza l-ġnien ta’ Giverny, u fuq kollox naraw ir-rebħa tal-umoriżmu u l-imħabba għall-ħajja. Il-film ġie miġbud fil-postijiet awtentiċi marbutin mal-artist madwar l-Ewropa kollha fil-postijiet fejn kien ipitter. I, Claude Monet hija esplorazzjoni ċinematografika friska u intima ta’ xi wħud mill-aqwa u mill-aktar xeni ikoniċi u maħbuba fl-arti tal-Punent.
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Jannar 2021, 7.30pm