Exhibition On Screen: Mary Cassatt: Painting The Modern Woman

- This event has passed.
Exhibition On Screen: Mary Cassatt: Painting The Modern Woman
Data u Ħin
Il-Ġimgħa, 10 ta’ Marzu, 2023 – 8.30pm
L-Erbgħa, 29 ta’ Marzu, 2023 – 7.30pm
Inħareġ biex jikkoinċidi mal-Jum Internazzjonali tan-Nisa.
Mary Cassatt għamlet karriera tpitter il-ħajjiet tan-nisa ta’ madwarha. L-immaġnijiet radikali tagħha jagħtu dehra bħala intellettwali, femminili u reali, li kienet bidla kbira fil-mod ta’ kif in-nisa kienu jidhru fl-arti.
Filwaqt li jippreżenta l-arti stampata, il-pastelli u l-pitturi sorprendenti tagħha, dan il-film jintroduċina mal-Impressjonista li ta’ spiss tiġi injorata, li l-karriera tagħha stess kienet mimlija kontradizzjoni daqs in-nisa li pittret.
Hija stampat, ħażżet, u pittret immaġnijiet bit-tużżani ta’ ommijiet u tfal iżda hi stess qatt ma żżewġet jew kellha tfal. Kienet artista mħarrġa fl-istil klassiku iżda għażlet li tingħaqad ma’ grupp ta’ individwi radikali minn Pariġi – l-Impressjonisti – moviment li bidel il-lingwaġġ tal-arti.
Il-kuraturi u l-akkademiċi l-iktar eminenti fid-dinja ta’ Cassatt jgħinu sabiex tiġi rrakkontata din l-istorja affaxxinanti ta’ bidla soċjali u kulturali kbira; żmien meta n-nisa kienu qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom u l-lingwaġġ tal-arti reġa’ ġie kompletament miktub. Mary Cassatt u n-nisa moderni tagħha kienu fil-qalba ta’ dan kollu.
Informazzjoni fuq il-Biljetti