- This event has passed.
Exhibition on Screen: Michelangelo Love and Death
L-iskulturi u l-pitturi spettakolari ta’ Michelangelo jidhru familjari għal bosta, iżda x’nafu eżatt dwar dan il-ġenju tar-Rinaxximent? Min kien dan ir-raġel ambizzjuż u passjonali?
Michelangelo kien virtuż tas-sengħa, u l-artistrija tiegħu hija evidenti f’dak kollu li kien imiss. Xogħlijiet sbieħ u diversifikati bħall-figura dominanti ta’ David, il-Pieta’ li tassew tikkommovik fil-Bażilika ta’ San Pietru u l-biċċa xogħol il-kbira tiegħu fil-Kappella Sistina għadhom iħalluna sal-ġurnata tal-illum bla nifs.
Michelangelo – Love and Death huwa vjaġġ ċinematografiku li jagħti ħarsa lejn id-89 sena u jeħodna minn ġol-bottega tal-tpenġijiet u stampar madwar l-Ewropa, għall-aqwa kappelli u l-mużewijiet ta’ Firenze, Ruma u l-Vatikan biex nesploraw il-ħajja tempestiva ta’ Michelangelo. Ser immorru għall-vjaġġ ta’ tfittxija għall-aktar fehim dwar din il-figura karismatika, dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-kontemporanji tiegħu u l-wirt artistiku ta’ valur li ħalla warajh. Permezz ta’ kummentarju u teħid ta’ frażijiet minn Michelangelo stess, il-film jagħti ħarsa aktar friska lejn dan ir-raġel enigmatiku li qatta u ċċellebra ħajtu ma’ kull daqqa ta’ pinzell li qatt għamel.
Forza artistika mill-aqwa u maħbub universalment, skopri kif Michelangelo huwa bla dubju wieħed mill-aqwa artisti tar-Rinaxximent, u kważi kważi l-aqwa artist ta’ kull żmien.
“Il-ġebla bierda u l-fjamma tan-nar huma tassew ħbieb kbar…” Michelangelo Buonarotti
Data u Ħin: Il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu 2021, 7.30pm
Informazzjoni fuq il-Biljetti