Exhibition On Screen: Pissarro: Father of Impressionism

- This event has passed.
Exhibition On Screen: Pissarro: Father of Impressionism
Data u ħin
It-Tlieta, 24 ta’ Mejju, 2022, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ġunju, 2022, 6.30pm
Mingħajr Camille Pissarro, m’hemm l-ebda moviment Impressjonista. Huwa magħruf, bir-raġun, bħala missier l-Impressjoniżmu. Kienet triq drammatika li segwa Pissarro, u matulha kollha kiteb b’mod estensiv lill-familja tiegħu. Huwa permezz ta’ dawn l-ittri intimi li jikxfu l-ħajja u x-xogħol ta’ Pissarro.
Imwieled fl-Indji tal-Punent, Pissarro sab il-passjoni tiegħu fiż-żebgħa bħala żagħżugħ f’Pariġi, u sa l-età ta’ 43 sena kien ġabar grupp ta’ artisti entużjasti f’kolettiv ġdid. L-ewwel wirja tagħhom kienet ikkritikata, iżda l-grupp kien akkwista isem ġdid: l-Impressjonisti. Għall-40 sena li ġejjin Pissarro kien il-mutur wara dak li llum sar il-moviment artistiku favorit tad-dinja.
Il-Mużew tal-Ashmolean għandu tradizzjoni twila ta’ eċċellenza. Bħala l-ewwel mużew pubbliku tar-Renju Unit (fetaħ il-bibien tiegħu f’Mejju 1683) fih kollezzjoni rikka mill-isbaħ, inkluż l-arkivju notevoli ta’ Pissarro. B’aċċess esklussiv għall-aktar arkivju estensiv ta’ kwalunkwe pittur Impressjonista, u għall-ewwel retrospettiva maġġuri ta’ Pissarro f’erba’ deċennji, dan il-film jesplora u jenfasizza l-bijografija u l-produzzjoni affaxxinanti u immensament importanti ta’ artist inkredibbli.
Dirett minn David Bickerstaff
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali