Exhibition on Screen – The Curious World of Hieronymus Bosch

- This event has passed.
Exhibition on Screen – The Curious World of Hieronymus Bosch
Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru 2020, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 6 ta’ Awissu 2021, 7.30pm
Wara 500 sena l-pitturi ta’ Bosch għadhom jaffaxxinawna. Idħol fl-immaġinazzjoni ħajja ta’ dan il-viżjonarju.
Min kien Hieronymus Bosch? Għaliex il-pitturi strambi u fantastiċi tiegħu jaffaxinaw issa aktar minn qatt qabel? Kif setgħa Bosch għalaq id-distakk bejn id-dinja medjevali u Rinaxximentali? Minn fejn ġew il-kreazzjonijiet mhux konvenzjonali tiegħu? Skopri t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar b’dan il-film ġdid.
Id-Dinja Kurjuża ta’ Hieronymus Bosch fiha l-wirja ‘Jheronimus Bosch – Visions of Genius’ f’Het Noordbrabants, mużew fin-Nofsinhar ta’ l-Olanda, li ġabret il-maġġoranza tal-pitturi u tpinġijiet ta’ Bosch għall-ewwel darba lejn il-belt ta’ Den Bosch u attirat kważi nofs miljun persuna li jħobbu l-arti mid-dinja kollha. Bil-ħajja affaxxinanti tiegħu żvelata flimkien mad-dettalji u l-istejjer tax-xogħlijiet tiegħu li dehru bħal qatt qabel, titlifx din l-esplorazzjoni ċinematiku ta’ ġenju kreattiv kbir.
‘Waħda mill-aktar wirjiet importanti tas-seklu tagħna.’
The Guardian
‘Spettaklu ta’ darba fil-ħajja.’
The Financial Times
‘One helluva homecoming.’
The New York Times
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post