
- This event has passed.
Exhibition on Screen: Van Gogh and Japan
5 April 2020
€6 – €7
Dati u Ħinijiet:
Il-Ġimgħa, 3 ta’ Jannar 2020, 7.30pm
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, 7.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)
Fid-dawl tal-iktar żviluppi riċenti, ġie deċiż li dan l-avveniment jiġi kkanċellat. Dan qed isir sabiex nieħdu ħsieb is-saħħa tal-istaff u l-viżitaturi tagħna li hija l-ewwel prijorità tagħna.
VAN GOGH & JAPAN
B’direzzjoni ta’ David Bickerstaff
“Ngħir għall-Ġappuniżi” kiteb Van Gogh lil ħuh Theo. F’din l-esibizzjoni li fuqha huwa bbażat dan il-film – VAN GOGH & JAPAN fil-Van Gogh Museum f’Amsterdam – wieħed jista’ jifhem għaliex. Għalkemm Vincent van Gogh qatt ma żar il-Ġappun, jidher li huwa l-pajjiż li kellu l-aktar influwenza profonda fuqu u fuq l-arti tiegħu.
Wieħed ma jistax jifhem lil Van Gogh mingħajr ma jifhem kif l-arti Ġappuniża waslet f’Pariġi f’nofs is-seklu 19 u l-impatt qawwi li kellha fuq artisti bħal Monet, Degas u, fuq kollox, Van Gogh. Filwaqt li kien iżur il-galleriji ġodda ta’ arti Ġappuniża f’Pariġi, u mbagħad joħloq l-immaġni tiegħu stess tal-Ġappun – permezz ta’ riċerka fil-fond, ġbir ta’ prints u diskussjonijiet dettaljati ma’ artisti oħrajn –it-tlaqqigħ ta’ Van Gogh mal-arti Ġappuniża tat direzzjoni ġdida u eċċitanti lix-xogħol tiegħu.
Wara li ħalla lil Pariġi u mar fin-nofsinhar ta’ Franza – il-post li ħaseb li huwa l-eqreb lejn il-Ġappun li seta’ jsib – is-snin produttivi iżda ta’ inkwiet li segwew iridu jitqiesu fil-kuntest li Van Gogh dawwar l-influwenzi Ġappuniżi kif xtaq hu stess, u ddefinixxa lilu nnifsu bħala artist modern b’antenati Asjatiċi.
F’din l-istorja mhux daqstant magħrufa tal-arti ta’ Van Gogh naraw kemm kien importanti l-istudju tiegħu dwar il-Ġappun. Il-film jivvjaġġja mhux biss lejn Franza u n-Netherlands iżda wkoll lejn il-Ġappun biex jesplora l-wirt impressjonanti li affettwa tant lil Van Gogh u li għamlu l-artist li nafu llum.