fabricATE

Loading Events

fabricATE

26 April 2024 - 23 Ġunju 2024

Tagħmel jew tibni xi ħaġa sabiex tqarraq. Dan, jew pjuttost, jista’ dan saħansitra japplika għall-arti?
Wara kollox, l-arti mhux dejjem tqarraq?

Deċiżament. Sa ċertu punt, mill-inqas.

L-arti/artist iqarraq bina billi jġiegħlna naħsbu, jew pjuttost, nemmnu, li aħna esponenti fil-vjaġġ tal-produttur. Li aħna nistgħu nieħdu sehem fl-eżitu finali, li nistgħu b’xi mod nitolbu pussess ta’ xi ħaġa, fiżika jew emozzjonali.

Bħallikieku dan qatt jista’ jkun possibbli.

Kemm “aħna” vanitużi biex qatt nikkunsidraw dik il-possibbiltà. Bħallikieku kien dejjem possibbli li ninterpretaw kull għażla ta’ kulur, kull linja, kull daqqa ta’ pinzell. L-artist ma jistax ineħħi u jiżvela s-saffi infinita li hemm jgħumu fi ħdan il-tinjiet ta’ żebgħa. Allura kif nistgħu aħna nażżardaw niktbu testijiet, analiżi u reviżjonijiet kritiċi u nsostnu li l-misteru huwa solvut?

fabricATE jinkludi narrattivi reali u immaġinati, ippakkjati f’dak li jidher bħala plott bla ebda xkiel, magħmul minn kuntesti kompartimentalizzati, li jażżardaw ikunu mfassla, imżejna u mġebbda.

Tim Kreattiv:
Artist : Gabriel Buttigieg
Kuratur: Lisa Gwen

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju A, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a