Faces of Europe

Loading Events
  • This event has passed.

Faces of Europe

14 April 2022 - 29 Mejju 2022

Il-fotografu Ġermaniż Carsten Sander jiġbed ritratti ta’ persuni Ewropej ta’ etniċitajiet, reliġjonijiet u dawk li ġejjin minn sferi soċjali differenti.

Sander juri ċelebritajiet, atleti, politiċi, individwi li jiltaqgħu b’kumbinazzjoni fit-toroq u kollha fuq termini ugwali, ġenb ma’ ġenb. Faces of the European Union hija dimostrazzjoni impressjonanti ta’ sentiment Ewropew u ġieħ għall-koeżistenza paċifika, it-tolleranza u l-valuri komuni. B’mod kontemporanju, dan il-proġett jiffoka fuq l-umanità, l-emozzjonalità u l-poter viżjonarju tal-idea Ewropea madwar l-Ewropa kollha, minn Madrid sa Riga, minn Dublin sa Bilbao.

Avvenimenti:

F’Diskussjoni mal-Federalisti Żgħażagħ Ewropej
Se ssir diskussjoni dwar is-suġġetti ta’ Amministrazzjoni Ambjentali, Bidla fil-Klima u Żvilupp Sostenibbli; Sigurtà Ewropea (fruntieri, migrazzjoni, gwerra) u Kwistjonijiet ta’ Sigurtà mhux tradizzjonali (ikel, saħħa, impjieg) u Identità Ewropea u Ġustizzja Soċjali.
Membri tal-Panel:
Sabine Stöhr, Deputy Director General at the Federal Foreign Office
Dr Monika Wohlfeld, Holder oft he German Chair in Peace and Conflict Prevention at the Mediterranean Academy of Diplomatic Studies (MEDAC), University of Malta
Andre Paul Debattista, Lecturer at the Institute for European Studies, University of Malta
Moderaturi:
Juanita Galea & Andrea Pavia
Data u Ħin: Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fis-7 pm
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv, Il-Belt Valletta


Magħquda fid-Diversità – United in Diversity – In Vielfalt Geeint | Verament qed ngħixu dan il-motto Ewropew?
X’inhi l-esperjenza tiegħek? Tħossok eqreb lejn l-Ewropa jew lejn il-pajjiż tat-twelid tiegħek? Qegħdin nagħmlu biżżejjed biex nagħtu l-ispazju tagħha lid-diversità? Għandna bżonn inkunu aktar inklużivi?

Membri tal-Panel:
Justine Cutajar, Teacher of Students with Special Needs
Helga Ellul, Entrepreneur and Former CEO of Playmobil Malta
Rev Dr Glen Attard, University Lecturer and Director of the Carmelite Institute Malta
Prof Joe Friggieri, University Lecturer, Author and Philosopher
Moderator:
Dr Karsten Xuereb
Data u Ħin: L-Erbgħa 18 ta’ Mejju fis-7pm
Post: Spazju Ċ, Spazju Kreattiv, Il-Belt Valletta


 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Spazju Ċ, Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastillja
Valletta,

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a