FameHungry

FameHungry
FAMEHUNGRY hija ħarsa kaotika lejn l-univers ta’ TikTok, li tistaqsi xi jfisser li tkun artist fil-ġurnata tal-lum. Ingħaqad mal-artista performattiva ċelebri u rebbieħa ta’ diversi premjijiet minn Londra, Louise Orwin, f’din il-prestazzjoni li tgħaqqad flimkien l-arti performattiva u Esperjenzi ta’ TikTok reali u diretti tassew, missjoni impossibbli biex tinħoloq l-arti u jinstabu l-ġmiel u t-tama fl-ekonomija bla heda mmexxija mill-Algoritmu Omnipotenti.
Magħmula bil-kollaborazzjoni ta’ TikToker famuż, FAMEHUNGRY se toħodna fuq vjaġġ fantastiku fl-univers ta’ TikTok għal żewġ udjenzi simultanji – udjenza ġewwa t-teatru, u segwaċi fuq TikTok li ma jafux li huma parti mill-udjenza – li tipprova tifhem sa fejn naslu biex nidhru u biex insibu l-fama. Dan it-teatru storbjuż, mgħaġġel, imprevedibbli, divertenti u xi kultant imgerfex, li żgur li ma jixbah lill-ebda ħaġa li qatt rajt qabel, jingħata definizzjoni ġdida għall-(ispeċi ta’) ġenerazzjoni brikkuna.
Tim Kreattiv:
Miktub, maħsub u esegwit: Louise Orwin
Kollaboratur/artist/TikTok Star: Jaxon Valentine
Disinjatur tal-Ħoss: AJ Turner
Mużiċist: Nicolas Bertin
Cameos TikTok addizzjonali: Arthur Jones, Emily Haldane, EllaSimms
Disinjatur tad-Dawl: Lily Woodford Lewis
Direttur tal-Moviment: Jenni Jackson
Appoġġ Dramaturġiku: Rachel Mars
Dramaturgu Diġitali: Jason Crouch
Maniġer tal-Produzzjoni: Benji Huntrods
Konsultazzjoni tad-Disinn tas-Sett: Emma Bailey
Disinn Set + Props: Dan Stubbs
Produttur: Cassie Catchpole
Imsieħba u Kollaboraturi:
Arts Council England, The Space, Colchester Arts Centre, The Place, Pleasance, Theatre Deli u BAC.
Magħmula fi sħubija ma’ Dr. Amy Orben, l-Università ta’ Cambridge
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post