Finding the I in China (għall-iskejjel)
- This event has passed.
Finding the I in China (għall-iskejjel)
4 November 2016
Parti mill-programm għall-iskejjel
Data: Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016
Grupp #1: L-Ewwel Sessjoni: Kontenituri tal-għamla “Eight Banners”
9.30AM (6 – 9 snin)
Grupp #2: It-Tieni Sessjoni: Żibeġ tal-Palazz Reali
11.30AM (10 – 12-il sena)
Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: B’xejn
Il-proġett kulturali edukattiv, Finding the I in China, hija inizjattiva ġejja mill-Palazz ta’ Beijing, magħruf bħala l-Forbidden City (Il-Belt Projbita). Dan il-proġett huwa mfassal fuq tliet sessjonijiet differenti li jindirizza kemm tfal u żgħażagħ, minn tfal ta’ sitt snin sa żgħażagħ ta’ sbatax-il sena. F’dawn is-sessjonijiet huma se jkunu mħeġġa jaħdmu kemm waħedhom kif ukoll fi gruppi, f’attivitajiet li jnisslu l-għarfien ġenerali permezz tal-kreattività. Il-parteċipanti se jkunu provduti bil-materjal kollu li jkollhom bżonn, bl-istruzzjonijiet b’kollox, sabiex ikunu jistgħu jiddiżinjaw u jipproduċu oġġett kulturali u permezz ta’ dan il-proċess ikunu jistgħu jitgħallmu aktar dwar il-valur kulturali tal-kreazzjonijiet tagħhom.
Dan l-avveniment huwa miftuħ għall-iskejjel biss. Skejjel interessati huma mitlubin jimlew il-formola billi jagħfsu hawn.