Finding the I in China (għall-pubbliku ġenerali)

- This event has passed.
Finding the I in China (għall-pubbliku ġenerali)
4 November 2016 @ 6:00 pm

Miftuħa għall-pubbliku ġenerali
Data u ħin:
Il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2016, 6.00PM
Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: B’xejn
It-Tielet Sessjoni: It-Tinqix tas-Siġill tal-Imperatur Qianlong
Il-proġett kulturali edukattiv, Finding the I in China, hija inizjattiva ġejja mill-Palazz ta’ Beijing, magħruf bħala l-Forbidden City (Il-Belt Projbita). Dan il-proġett huwa mfassal fuq tliet sessjonijiet differenti li jindirizza kemm tfal u żgħażagħ, minn tfal ta’ sitt snin sa żgħażagħ ta’ sbatax-il sena. F’dawn is-sessjonijiet huma se jkunu mħeġġa jaħdmu kemm waħedhom kif ukoll fi gruppi, f’attivitajiet li jnisslu l-għarfien ġenerali permezz tal-kreattività. Il-parteċipanti se jkunu provduti bil-materjal kollu li jkollhom bżonn, bl-istruzzjonijiet b’kollox, sabiex ikunu jistgħu jiddiżinjaw u jipproduċu oġġett kulturali u permezz ta’ dan il-proċess ikunu jistgħu jitgħallmu aktar dwar il-valur kulturali tal-kreazzjonijiet tagħhom.
Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni maċ-China Cultural Centre.