Found ă mentalism II

- This event has passed.
Found ă mentalism II
1 June 2018 - 29 July 2018

Dati: Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju – il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2018
Post: Spazju A, B, C1-C4, Mkejjen A & B, Kavallier ta’ San Ġakbu
Kuraturi: Andrea Hilger, Antka Hofmann
Found ă mentalism II hija ispirata mill-kliem ta’ Picasso dwar il-famuża Guernica tiegħu; “[…] artist li jgħix u jaħdem b’valuri spiritwali ma jistax jaġixxi b’mod indifferenti meta jiffaċċja kunflitt li fih l-ogħla valuri tal-umanità u taċ-ċivilizzazzjoni jkunu f’riskju”.
Permezz ta’ Found ă mentalism II, nixtiequ nisiltu l-ħsieb u l-bidla, u niżguraw li l-arti twassal l-ispirtu tal-kliem ta’ Picasso ’l quddiem; irridu nkunu kollox ħlief indifferenti lejn il-kunflitti u l-isfidi ta’ madwarna. Permezz tal-proġett, nissuġġerixxu perspettiva u possibbiltà għal futur aktar pożittiv.
Found ă mentalism II tfakkar it-tkabbir ta’ soċjetà Ewropea diversa kulturali, politika u ekonomika. Il-kunflitti globali u l-fluss dejjem jiżdied tal-migrazzjoni jipprovdu opportunità biex l-arti taġixxi kontra l-potenzjal għall-vjolenza, u biex tħaddan id-diversità kulturali u t-tolleranza. Found ă mentalism II tipproponi vjaġġ f’kultura Ewropea li hija komuni u diversa fl-istess waqt. Nistaqsu jekk l-arti tistax taġixxi bħala appoġġ reċiproku bejn dawn il-kulturi diversi, u jekk tistax tipprovdi rimedju għall-kriżijiet attwali tas-soċjetà.
Artisti parteċipanti: Feng Lu / CN; Karen Gäbler / DE; Gery De Smet / BL; Philipp Gloger / DE; Else Gold / DE; Antka Hofmann / DE; Katrin König / DE; Anka Leśniak / PL; Martin Müller / DE; Ran Slavin / IL; Annalise Bully / FR;Frenzy Höhne / DE; Arne Kalkbrenner / DE; Tobias Köbsch / DE; Steffen Otto / DE; Dmytro Petryna / UA; Stefan Plenkers / DE; Otto Berndt Steffen / DE; Henri Deparade / DE; Marcin Owczarek / PL; Dani Nordt / DE; Carolin Koss / DE; Nevet Yitzhak / IL; Melanie Kramer / DE; Till Ansgar Baumhauer / DE; Faig Ahmed / AZ; Martyna Jastrzebska / PL; Peter Makolies / DE; Rose Stach / DE; Małgorzata Myślińska / PL; Stephanie Marx / DE; Ulrike Mundt / DE; Paolo Assenza / IT; Nathalie Bertrams / DE; Daniel Kiczales / IL; Ekkhard Tischendorf / DE; Katerina Belkina / RU; Shahar Markus / IL; Urban Grünfelder / AU; Mavi Garcia / ES.