Prestazzjoni Kontemporanja bil-Pjanu– Gabi Sultana

- This event has passed.
Prestazzjoni Kontemporanja bil-Pjanu– Gabi Sultana
28 April 2016 @ 8:00 pm
€10 – €15
Kontemporanju – Elettronika – ‘Prepared Piano’
Data u ħin: Il-Ħamis 28 ta’ April 2016, 8.00PM
Post: Studjow B (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Gabi Sultani, il-pjanista kontemporanja magħrufa fuq skala internazzjonali, ser tirritorna Malta fi tħejjija għal serata ta’ mużika, fejn ix-xogħlijiet ta’ Andy Akiho, Benjamin Van Esser u Christopher Cerrone, fost artisti oħrajn, se jiffurmaw il-bażi ta’ espolorazzjoni mużikali. Iżda dan mhuwiex xi kunċert tradizzjonali, fejn is-siltiet jaqgħu taħt forma esklussivament klassika. Anzi, dan huwa programm li jfittex li jqarreb iż-żewġ realitajiet tekniċi tal-elettronika u ta’ dak li jissejjaħ, prepared piano.
Tgħid x’hemm lest għalina? Kompożizzjoni ta’ armonija, jew konfront bejn il-frekwenzi? It-tweġiba ma tinsab imkien għajr fi truf is-swaba tal-pjanista – pjanista li Albert Storace (Sunday Times of Malta) jiddeskrivi bħala ‘demonju ta’ enerġija, iżda wieħed ta’ artikulazzjoni impekkabli.’