George Michael Freedom Uncut

- This event has passed.

George Michael Freedom Uncut
Data u ħin
Is-Sibt, 25 ta’ Ġunju 2022, 8.30pm
Il-Ħamis, 30 ta’ Ġunju, 2022, 7.30pm
George Michael Freedom Uncut jiffoka fuq il-perjodu ta’ formazzjoni tal-ħajja u tal-karriera tar-rebbieħ tal-Grammy® Award li ħalliena, qabel ma ħareġ l-album l-aktar mibjugħ tiegħu “Listen Without Prejudice Vol. 1” u wara, kif ukoll il-ġlieda fil-Qorti Għolja sussegwenti u notorja tiegħu mal-kumpanija diskografika tiegħu.
Il-film jieħu wkoll xeħta personali ferm li tmiss is-sentimenti ta’ kullħadd profondament, rigward il-mewt tal-ewwel imħabba tiegħu, Anselmo Feleppa. Irreġistrat qabel il-mewt ħesrem ta’ Michael, id-dokumentarju huwa rrakkuntat mill-kantant, li kien involut ħafna fit-tħejjija tal-film li jagħmel parti mill-ħidma finali tiegħu.
Il-film jinkludi filmati inkredibbli mill-arkivji ta’ George u anki privati li ttieħdu f’daru li qatt ma dehru qabel, li juru lit-telespettaturi narrattiva awtobijografika ta’ dan il-perjodu drammatiku f’ħajtu, u jiżvelaw kif sar wieħed mill-artisti mużikali l-aktar influwenti li qatt kien hawn, u li waħdu ġġieled f’isem l-artisti kollha billi kkontesta l-validità tal-kuntratt ta’ reġistrazzjoni standard u rnexxielu jerġa’ jikteb ir-regoli tal-industrija mużikali mill-ġdid. Huwa jitkellem dwar ir-raġuni għala ma riedx jibqa’ aktar fiċ-ċentru tal-attenzjoni u għala abbanduna ċ-ċelebrità.
Id-dokumentarju jinkludi l-ħames supermudelli oriġinali mill-filmat tad-direttur nominat għall-Oscar®, David Fincher, “Freedom! ’90” – Naomi Campbell, Christy Turlington, Cindy Crawford, Tatjana Patitz and Linda Evangelista – li jingħaqdu flimkien għall-ewwel darba biex jiddiskutu l-esperjenza tagħhom fuq il-video mużikali ikoniku. Il-film jinkludi wkoll intervisti ma’ xi wħud mill-akbar ħbieb ta’ Michael, li huma wkoll leġġendi famużi tal-mużika, fosthom Stevie Wonder, Elton John, Ricky Gervais, Nile Rodgers, Mark Ronson, Tracey Emin, Liam Gallagher, Mary J. Blige, Jean Paul Gaultier, James Corden u Tony Bennett.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post