
- This event has passed.
Girl
26 March 2019 - 20 April 2019
€6 – €7
Dati u Ħin:
It-Tlieta, 26 ta’ Marzu, 2019, 7:30pm
Il-Ħamis, 4 t’ April, 2019, 7.30pm
L-Erbgħa, 10 t’April, 2019, 7.30pm
Is-Sibt, 13 t’ April, 2019, 8.30pm
Is-Sibt, 20 t’ April, 2019, 8.30pm
Post: Iċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €7 / €6 (membri taċ-ċinema club)
Id-debutt tal-kittieb u d-direttur Lukas Dhont fil-qasam tal-produzzjoni tal-film feature, GIRL, jirrakkonta l-ġrajja straordinarja u tabilħaqq kommoventi dwar l-identità u l-vjaġġ lejn l-iżvilupp ta’ dak li int destinat li tkun verament.
Lara, fl-età ta’ 15-il sena u b’karattru għalkollox determinat (interpretazzjoni sorprendenti ta’ Victor Polster) hija żagħżugħa kommessa li ssir ballerina professjonali. Hija tidħol għal din l-isfida ġewwa skola ġdida, iżda tinduna li l-frustrazzjonijiet u l-isfidi li dejjem ħabbtet wiċċha magħhom matul l-adolexxenza issa qegħdin jintensifikaw minħabba li ġisimha mhux jirrispondi għad-dixxiplina stretta li jitlob il-ballet, proprju minħabba li din twieldet tifel.
Għalkemm għandha l-appoġġ kollu tal-familja tagħha, il-frustrazzjonijiet u n-nuqqas ta’ paċenzja ta’ Lara jkomplu kulma jmur jiżdiedu hekk kif hi tibda tħejji għall-operazzjoni li permezz tagħha tkun tista’ tagħmel it-tranżizzjoni mill-ġeneru tagħha, liema operazzjoni se tkun qiegħda tisfida l-limiti ta’ ġisimha. Ibbażat fuq esperjenzi veri li jistimulaw lil dak li jkun, GIRL ‒ rebbieħ ukoll ta’ premji ‒ huwa rakkont b’saħħtu u sensittiv dwar l-isfumaturi kollha li jġib miegħu l-proċess li tikber u tiżviluppa bħala persuna trans u l-isfidi li jistgħu jimmotivaw u jiddefinixxu dan l-istess proċess.
Premji:
Camera d’Or għalL-Aħjarl-Ewwel Feature u Queer Palm matulil-Festival tal-Films ta’ Cannes fl-2018.
Rebbieħ fil-kompetizzjoni għal L-Ewwel Feature matul il-Festival tal-Films ta’ Londra fl-2018.
Rebbieħ matul il-European Film Awards: European Discovery – Prix FIPRESCI 2018