Bolshoi Ballet fiċ-Ċinema 2017/2018 – Giselle

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Bolshoi Ballet fiċ-Ċinema 2017/2018 – Giselle

8 April 2018 @ 6:00 pm

€5 – €18

Irrekordjat fl-2015.

Data u Ħin: Il-Ħadd, 8 April, 2018 fis-6:00PM
Post: Ċinema (Kavallier ta’ San Ġakbu)

Prezzijiet:
€18 (adulti), €15 (anzjani u studenti), €5 (tfal taħt tnax il-sena)
Biljett għall-istaġun sħiħ: Rata ta’ skont ta’ €100 minflok €144

Ballet romantiku f’żewġ atti li jirrakkonta l-storja ta’ mħabba u waħx ta’ Giselle, fejn tfajla minn familja fqira tiskopri li n-namrat tagħha, Albrecht, se jiżżewwġ mara oħra. Meta t-tfajla tmut minħabba swied ta’ qalb kbir, ġisimha jsir priża perfetta għall-Wilis, l-ispirti vendikattivi ta’ nisa li mietu minn qlub miksura. Meta Giselle terġa’ lura fil-forma ta’ Wili biex tfittex l-għeżież tagħha, jkollha tiddeċiedi jekk taħfirx lill Albrecht jew issegwi fil-passi ta’ dawn l-ispirti li jġiegħlu lill-irġiel li jonqsu fil-fedelita’ żfinu għal ġol-qabar…

Il-figura tal-Wilis kienet immensament popolari matul il-ballets tal-era romantika, u fil-produzzjonijiet moderni ta’ Giselle, l-Wilis u r-Reġina tagħhom għadhom jżommu l-poter tagħhom fuq l-udjenzi moderni permezz ta’ preżenza qawwija fit-tieni att. F’dan il-ballet tal-waħx iżda luminuż, prima ballerina Svetlana Zakharova tirrapreżenta l-irwol ta’ Giselle perfettament f’dan ir-repertorju klassiku, flimkien mas-sensazzjonali Sergei Polunin bħala Albrecht. Hija produzzjoni li ilha ssaħħar lill-udjenzi għal aktar minn 150 sena fil-Bolshoi.

 

Dettalji

Data:
8 April 2018
Ħin:
6:00 pm - 8:20 pm
Prezz:
€5 – €18
Event Category:
http://ticketenginex.kreattivita.org?eventname=Bolshoi+Giselle

Venue

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv
Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta
Numru:
+356 2122 3200

Other

Duration 140 min
Creative Team Adolphe Adam (Musika), Yuri Grigorovich (Koreografija)
With the participation of Theophile Gautier and Jean-Henry Saint-Georges (Liberetto), Svetlana Zakharova (Giselle), Sergei Polunin (Albrecht), Ekaterina Shipulina (Myrtha), Denis Savin (Hans), and the Bolshoi Corps de Ballet.