God Said Give ‘Em Drum Machines Film Screening

- This event has passed.
God Said Give ‘Em Drum Machines Film Screening
Electronic Music Malta flimkien ma’ Spazju Kreattiv jippreżentaw il-wiri tad-dokumentarju God Said Give ‘Em Drum Machines li jitratta l-oriġini tal-mużika Techno ġewwa l-qalba tal-belt Amerikana ta’ Detroit fl-istat ta’ Michigan fis-snin tmenin.
Il-kontribut li tat din il-belt Amerikana għall-mużika elettronika u house matantx għadu jiġi apprezzat peress li dawn l-istili ta’ mużika kibru ferm fil-popolarita madwar id-dinja kollha speċjalment ġewwa l-Ewropa li saret iċ-ċentru kulturali ta’ dan l-istil mużikali. F’dan id-dokumentarju, il-produttur, Kristian R. Hill jintroduċi lill-udjenza għal fejn il-ħsejjes inħolqu u ġew żviluppati. Żgħażagħ ġewwa Detroit kellhom passjoni għall-mużika taż-żfin u nteressaw rwieħom u tgħallmu jipprogrammaw drum machines u synthesizers tant li bidlu l-wiċċ tal-mużika madwar id-dinja kollha.
Jieħdu sehem Juan Atkins, Kevin Saunderson, Blake Baxter, Mike Huckaby, Eddi Fowlkes, Derrick May, Normski Anderson, Santonio Echols, Delano Smith, Greg Tate, Neil Rushton, Dimitri Hegemann, ir-Roland TR909, TR808 drum machines u diversi synthesizers li taw sehem fl-iżvilupp tal-ħoss tal-mużika techno u house minn dil-belt Amerikana.
Qabel il-wiri ta’ dan id-dokumentarju, l-artist / dj Malti Owen Jay ħa jdoqq DJ set ta’ nofs siegħa. Din l-attivita’ tifforma parti mill-programmi ta’ Circuits u Spazju Kreattiv.
Electronic Music Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post