Great Little European Network (GLEN)

Loading Events

Great Little European Network (GLEN)

1 Settembru 2023 - 30 Ġunju 2024

GLEN (Great Little European Network) huwa netwerk li ser jgħaqqad l-iżgħar pajjiżi tal-Ewropa permezz ta’ programmi speċifiċi u taħriġ komuni. Ftit mill-għanijiet tiegħu huma li jikkontribwixxi għat-tfassil ta’ prattiki aktar sinifikanti fis-setturi tal-arti u tal-ispettaklu, aktar sostenibbilità fil-pajjiżi kkonċernati, u iktar interkonnessjoni bejn dawn il-pajjiżi biex ipoġġihom fuq livell prominenti fix-xena internazzjonali. In-netwerk għandu l-għan li jkun inkubatur għal dawk li, filwaqt li jibbenefikaw minn ankraġġ lokali, għandhom ambizzjoni li jiżviluppaw il-prattika tagħhom internazzjonalment.

Se jkun hemm serje ta’ sitt webinars li jindirizzaw aspetti differenti tal-produzzjoni u l-mobilità internazzjonali, ospitati mill-imsieħba ta’ GLEN. Informazzjoni dwar dawn l-avvenimenti tista’ tinstab fuq il-websites u l-midja soċjali tagħhom.

L-ewwel webinar se jsir f’12 pm l-Islanda, 1 pm UK, 2 pm CET, 3 pm EET nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru. Il-webinar, intitolat ‘How to take over the world (or at least develop an international strategic plan)’, se jkun ospitat minn Victor Mayot (Lussemburgu) u Bek Berger (Latvja) u ser jittratta l-bażi kif produzzjoni toħloq Pjan ta’ Żvilupp Internazzjonali. Ingħaqad magħna biex tikseb din il-gwida u tkisser il-miti dwar ix-xogħol fuq il-fruntieri.

Irreġistra hawn qabel it-Tlieta 12 ta’ Ottubru


GLEN mhix idea żgħira, iżda waħda li għandha l-għan li ssib punti ġodda ta’ konnessjoni bejn uħud mill-iżgħar pajjiżi fl-Ewropa. Minn Settembru 2023 sa Ġunju 2024, GLEN ser jimplimenta tliet oqsma ta’ attivitajiet, attivitajiet ta’ netwerking, ħbiberiji kritiċi (mentorships) u webinars miftuħa li jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni f’pajjiżi żgħar u jagħtu pariri dwar kif tiżviluppa internazzjonalment minn hemm.

GLEN twaqqfet fl-2023 bħala inizjattiva ta’ 8 organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jappoġġaw l-istrutturazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-qasam tal-arti tal-ispettaklu nazzjonali tagħhom. Il-Fundaturi tan-netwerk huma:

Kanuti Gildi SAAL (Estonja)
New theatre Institute of Latvia / Il-festival Internazzjonali tat-Teatru Kontemporanju, Homo Novus (Latvja)
Sirenos Festival, Litwanja / Ċentru ta’ Informazzjoni tat-Teatru Litwan
Performing Arts Centre, Islanda
Kultur | lx – Kunsill tal-Arti, Lussemburgu
Gledalisce Glej (Slovenja)
Teatri ODA (Kosovo)
Spazju Kreattiv (Malta)

Il-parteċipanti fil-Ħbiberiji Kritiċi (programm ta’ mentoring) intgħażlu fl-2023. Dan il-programm ser jinkludi 8 xhur ta’ mentoring minn wieħed mill-pajjiżi msieħba (mhux tagħhom) u vjaġġar lejn żewġ attivitajiet oħra ta’ netwerking.

Il-parteċipanti huma: Katja Markić (Slovenja), Snæfriður Sól Gunnarsdóttir (Iżlanda), Zofia Stelmaszczyk (Malta) Reinis Boters (Latvja) Fábio Godinho (Lussemburgu), Siim Tõniste (Estonja), Greta Stiormer (Litwanja), Sovran Nrecaj (Kosovo)

L-imsieħba tal-Proġett immexxija minn Kanuti Gildi SAAL irċevew finanzjament tan-netwerk mill-Programm ta’ Mobbiltà Nordiku-Baltiku għall-Kultura biex jistabbilixxu GLEN – Great Little European Network.

Ritratt minn: Gorm Branderup


Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
n/a
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Online

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a