Guarda chi si vede (Italian Film Days)

Loading Events
  • This event has passed.

Guarda chi si vede (Italian Film Days)

30 Mejju 2023 @ 7:30 pm

Claudia, impjegata f’ħanut tal-ħwejjeġ ta’ taħt, tgħix fis-subborg ta’ Ruma. Hija għandha tifla ta’ tmintax-il sena, Nina, li magħha taqsam kollox, inkluż in-niket li żżomm fiha nnfisha minn tliet snin: Marco, “ir-raġel tad-dar” tagħhom, miet, flimkien ma’ disa’ persuni oħra, waqt it-tifrik ta’ pont fir-reġjun ta’ Marche, waqt li kien ġej lura minn suq tal-vinil, li kienet l-akbar passjoni tiegħu.

Il-ħajja tkompli sfortunatament: il-klijenti jitfgħu l-għajb ta’ Claudia, l-istampa tfittixha biss biex tibbenefika minn dik il-materja terribbli, oħtha l-kbira Katia tarmi lilha nnifisha f’relazzjonijiet koroh ħafna, ommha Marisa ma tistax tibda ħajja ġdida wara li t-tiep tagħha sfaxxa fix-xejn. Nina ma tistax tħalli lilha nfisha tmur għall-ewwel esperjenzi sesswali u lanqas sentimentali tagħha…

In-nisa kollha madwar Claudia ma jistgħux ikollhom relazzjoni paċifika ma’ raġel, kull waħda minnhom b’mod differenti, imma forsi kollha miġbura flimkien minħabba l-ħtija tagħhom lejn Claudia. Sadanittant, hja tipprova tinsa l-problemi tagħha billi tispiċċa taħdem ħafna u tqatta’ l-ħin tagħha ma’ Martina, l-aqwa ħabiba tagħha, iżda konxja li n-niket għadu diffiċli biex jingħeleb.

Lejla waħda, Claudia tħoss bil-qawwa l-ħtieġa li titkellem ma’ żewġha l-maħbub. Hi tilbes sabiħ u saħansitra tlesti l-mejda għall-pranzu. U Marco, bħal f’ħolma (reali wisq), joħroġ quddiemha…

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
€8
Konċessjonijiet
€7 (Including members of the Istituto Italiano di Cultura)
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni fuq il-Post

Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Kavallier ta' San Ġakbu, Pjazza Kastilja
Valletta, Malta

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
1 hr 20 mins
Ċert
n/a
Lingwa
Italian with English subtitles
: