ĠUF

ĠUF
ĠUF huwa proġett li jesplora u jiċċelebra l-maternità kontemporanja permezz tal-arti viżiva ta’ Rebecca Bonaci.
Il-maternità u l-figura tal-omm qed jiġu eżaminati f’fond kulturali-storiku, filosofiku, psikoloġiku u artistiku. Il-bidliet kulturali-storiċi u soċjetali li biddlu l-pożizzjoni soċjali tan-nisa matul dan il-perjodu vast ta’ żmien, biddlu wkoll in-normi u l-aspettattivi kulturali assoċjati mal-maternità. B’referenza għall-kelma Maltija “ġuf”, ĠUF jesplora t-tema tal-maternità kontemporanja, informat mill-fdalijiet u r-ritwali preistoriċi rikki li jinsabu fl-arċipelagu Malti.
L-ikografija u l-immaġni mill-perjodu primordjali se jiġu valutati mill-ġdid u interpretati minn Bonaci u t-tim kuratorjali tagħha, bix-xogħlijiet tal-arti ppreżentati fi djalogu mal-artefatti mill-perjodu. Bonaci se tieħu wkoll spunti mill-esperjenza personali tagħha tar-rabta tal-familja, il-femminilità, l-istorja soċjali reċenti, it-tfal u l-maternità sabiex tippreżenta djalogu bejn il-passat u l-preżent.
Tim Kreattiv:
Artist: Rebecca Bonaci
Kuratur: Sarah Chircop
Art Advisor: Ryan Falzon
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post