
- This event has passed.
Hekk AIla Jgħinni
13 April 2019 @ 8:00 pm - 20 April 2019 @ 9:30 pm
€16
Dati u Ħinijiet:
Is-Sibt, 13 t’April 2019, 8pm
Il-Ħadd, 14 t’April 2019, 8pm
It-Tlieta, 16 t’April 2019, 8pm
L-Erbgħa, 17 t’April 2019, 8pm
Il-Ġimgħa, 19 t’April 2019, 10:30am
Is-Sibt, 20 t’April 2019, 8pm
Post: It-Teatru ta’ Spazju Kreattiv
Prezz: €16
Kollox jindika li r-raħal fejn isseħħ il-ġrajja huwa f’Malta. Il-lokal fejn il-festa tibqa’ l-akbar avveniment fil-kalendarju. Fejn il-każin, jew aħjar każini tal-baned, għad għandhom irwol soċjali. Fejn individwi jagħtu ħilithom u saħħithom biex is-soċjeta` tagħhom tkun l-aqwa u l-aħjar. Kollox jindika li l-influwenza tar-ragħaj spiritwali għadha tilgħab parti importanti fuq l-imħuħ ta’ dawk fil-merħla tiegħu. Kollox jindika li l-karattri fil-ġrajja huma Maltin, dawk l-istess Maltin li ħasbu li Pawlu ta’ Tarsu kien misħut għax ħabtet għalih il-lifgħa, imma malajr dawru fehemithom u għamluh alla tagħhom. Pawlu kien iffortunat, għax fil-ġrajja tagħna, bħal ħafna ġrajjiet oħra, l-alla jigi fil-bidu u jispicca misħut maż-żmien. U kollox jindika li l-istorja sseħħ f’Malta għaliex il-politika f’kull sens tidħol f’kollox u kullimkien. Pero imbagħad hemm it-temi li nsibuhom kullimkien, iddur kemm iddur fuq il-pjaneta, bħall-Imħabba u t-tradiment. Hemm il-bniedem li jista’ jkun kulħadd u f’kull żmien. Hemm it-traditur, il-maħbub, l-impostur, il-vittma..hemm l-istejjer kollha li xbajna nisimgħu, li nafu bihom, li jiskandalizzawna imma jinteressawna u nieħdu gost insiru nafu aktar minnhom…forsi kif bħal kul sena nieħdu gost nirrepetu u ntennu il-ġrajja tal-imsallab.