Her Say not Hearsay
- This event has passed.
Her Say not Hearsay
Data u Ħin:
Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu 2024 fit-8pm
Is-Sibt 9 ta’ Marzu 2024 fit-8pm
Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2024 fis-7pm
Her Say not Hearsay, ikkummisjonat minn Spazju Kreattiv, huwa proġett teatrali, b’kitba oriġinali, li jidħol fil-ħajja ta’ tliet nisa differenti, billi jesplora stejjer tagħhom.
L-ewwel monologu jmur lura għall-1945, meta il-ħaddiema nisa kienu qed jingħataw is-sensja u r-riperkussjonijiet ta’ dan. Il-karattru, żagħżugħa ta’ grinta, galvanizzata mill-moviment tas-sufraġetti, tisfida l-aspetti reliġjużi u soċjali tas-soċjetà ta’ dak iż-żmien, li wassal biex in-nisa kisbu l-vot fl-1947.
It-tieni monologu jittratta l-menopawsa, u r-realtà mhux mitkellma minkejja li taffettwa lin-nisa kollha. Minsuġa b’umoriżmu, u sitwazzjonijiet reali, il-kitba ġġiegħel lill-udjenza tħares lejn kif in-nisa jindirizzaw din il-fażi f’ħajjithom.
It-tielet monologu jagħti perspettiva realistika li tkexkex dwar l-vjolenza domestika, billi joħroġ l-isfumaturi ta’ xiex, kif u għaliex din il-forma ta’ vjolenza jeħtieġ li tiġi kkundanata. Permezz ta’ konnessjonijiet umani b’saħħithom, il-monologu jħares li jnebbaħ l-udjenza billi juru r-realtajiet ħarxa f’dan it-tip ta’ relazzjonijiet.
Her Say not Hearsay hija ħarsa b’saħħitha tal-esperjenza tal-mara, b’esplorazzjoni profonda tal-intersezzjonijiet fl-istorja, tkabbir personali u sfidi soċjali.
Tahdita Teatru
Data u ħin: 8 ta’ Marzu, 9.15pm
Kelliema: Elaine Compagno, Charlotte Stafrace , Kim Dalli
Moderatur: Maria Pisani
Tim Kreattiv:
Diretturi: Charlotte Grech & Angele Galea
Kast : Angele Galea, Charlotte Grech & Naomi Said
Awturi: Lara Calleja, Kim Dalli & Simone Spiteri
Maniġer tal-Palk: Maxine Buttigieg Belli
Disinn tal-Dawl: Christopher Gatt
Informazzjoni fuq il-Biljetti
Informazzjoni fuq il-Post
Informazzjoni Addizzjonali