Hot Milk

- This event has passed.
Hot Milk
One event on 13 Lulju 2025 at 7:30 pm
One event on 17 Lulju 2025 at 7:30 pm
One event on 20 Lulju 2025 at 5:00 pm
One event on 23 Ġunju 2025 at 7:30 pm
One event on 26 Lulju 2025 at 7:30 pm
One event on 30 Lulju 2025 at 7:30 pm
Data u ħin
Is-Sibt, 12 ta’ Lulju 2025 5.00pm
Il-Ħadd, 13 ta’ Lulju 2025 7.30pm
Il-Ħamis, 17 ta’ Lulju 2025 7.30pm
Il-Ħadd, 20 ta’ Lulju 2025 5.00pm
L-Erbgħa, 23 ta’ Lulju 2025 7.30pm
Is-Sibt, 26 ta’ Lulju 2025 7.30pm
L-Erbgħa, 30 ta’ Lulju 2025 7.30pm
Fil-ewwel film tagħha bħala direttriċi, Rebecca Lenkiewicz (Ida, Disobedience), kittieba tal-iscripts li rebħet bosta premji, toffrilna HOT MILK, esplorazzjoni intima tal-iskoperta personali, ix-xewqa, u r-rabtiet kumplessi li jsawruna, ibbażata fuq ir-rumanz rinomat ta’ Deborah Levy.
Fl-isfond ta’ sħana qawwija f’sajf fi Spanja, Sofia (Emma Mackey, Emily, Sex Education) u ommha Rose, li tkun marida, (Fiona Shaw, Killing Eve), jivvjaġġaw lejn il-belt kostali ta’ Almería, biex ifittxu l-għajnuna ta’ Dr. Gómez (Vincent Perez), fejjieq enigmatiku li jista’ jkollu s-soluzzjoni għall-marda misterjuża ta’ Rose. Hekk kif it-tensjonijiet midfuna ta’ bejniethom jerġgħu jibdew jitilgħu fil-wiċċ, Sofia tibda tinġibed lejn Ingrid (Vicky Krieps, Phantom Thread), tfajla ta’ natura manjetika u spirtu ħieles. Iżda aktar ma x-xemx tkompli tiżreġ, u Sofia tfittex dejjem iżjed l-indipendenza u l-libertà, Rose ma tibdiex tiflaħ il-fatt li qed titlef il-kontroll fuq bintha, u dan iwassal biex Sofia tibda tiddubita x’hemm verament wara l-marda t’ommha. Joħorġu sigrieti, gideb u skoperti ġodda li jwasslu lil Sofia għal veritajiet li forsi kien ikun aħjar li jibqgħu moħbija.
Bi prestazzjonijiet espressivi u konvinċenti mill-kast ewlieni, HOT MILK jesplora b’mod vivaċi u evokattiv it-temi tal-libertà u x-xewqa.