humans+=machines | where music, technology and performance intersect

Loading Events
  • This event has passed.

humans+=machines | where music, technology and performance intersect

15 Lulju 2022 @ 7:00 pm

Fejn il-mużika, l-arti u l-prestazzjoni jsiru ħaġa waħda.

humans+=machines huwa l-ewwel minn sensiela ta’ kunċerti pubbliċi awdo-viżivi fejn din id-darbaħa jieħdu sehem artisti Pollaki u Maltin li ħa jesploraw il-konfini ta’ prestazzjoni permezz tat-teknoloġija digitali u l-mużika elettronika.
Elektronic Music Malta (EMM) flimkien mad-Dipartiment tal-Arti Diġitali tal-Universita ta’ Malta u‘Lodz Film School’ ħa jniedu dan l-avveniment bis-sehem ta’ artisti awdjo-viżivi mill-Polonja Filip
Gabriel Pudlo u Bartłomiej Talaga kif ukoll artisti Maltin mill-kollettiva EMM.

Il-prestazzjoni ta’ Pudlo tħalli lill-udjenza jħossu l-polz tad-dinja fi prestazzjoni qasira immaimmersiva li fil-bidu tagħha tiġġenera ruħha permezz ta’ informazzjoni miġbura mill-Internet fil-waqt li fil-konklużjoni, l-artist jieħu r-riedni f’idejh.
Talaga huwa artist tal-multimedja kif ukoll edukatur. Xogħolijiet passati tiegħu ttrattaw il-fotografija,il-ħoss, il-vidjow u nstallazzjonijiet.
Electronic Music Malta hija appoġġjata mill-Kunsill għall-Arti ta’ Malta. Dan l-avveniment huwaparti mill-programm Circuits fi Spazju Kreattiv.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Adulti
Free
Konċessjonijiet
n/a
Tfal
n/a
Cinema Club Members
n/a
Konċessjonijiet jinkludu studenti, persuni bil-karta anzjan u Special ID holders (SID)

Informazzjoni Addizzjonali

Tul ta' Ħin
n/a
Ċert
n/a
Lingwa
n/a