Hunt for the Wilderpeople
- This event has passed.
Hunt for the Wilderpeople
Data u Ħin: It-Tlieta, 15 ta’ Ġunju 2021, 7.30pm
Nixtiequ li kulħadd igawdi minn dan il-film mingħajr ħlas. Jekk jogħġbok kun prudenti u tibbukkjax biljetti jekk m’intix ċert hux se tattendi
Direttur:
Taika Waititi
Hunt for the Wilderpeople jirrakkonta l-istorja ta’ Ricky Baker, tifel li għadu ma sabx postu fis-soċjetà. Meta zitu li tiffosterjah tmut ħabta u sabta, jispiċċa waħdu mal-imqit zijuh Hec. Dawn isibu ruħhom maħruba fil-foresti massivi ta’ New Zealand, jiżgiċċaw l-awtoritajiet tas-servizzi soċjali tat-tfal kif ukoll lill-pulizija. B’hekk jiġu sfurzati jaħdmu flimkien sabiex isalvaw minkejja d-differenzi tagħhom u tispiċċa tinbena relazzjoni profonda u umoristika matul din l-avventura.
Il-Kru, minn Neww Zealand stess, ħadem qatigħ u xi drabi f’kundizzjonijiet diffiċli matul il-ġbid ta’ dan il-film. Il-kundizzjonijiet tat-temp varjaw minn borra, riħ qawwi, u destinazzjonijiet remoti fejn il kru kellhom jadattaw għan-neċessitajiet tal-mument. Ingħatat ukoll assistenza u sapport fuq il-post mill-Forzi Armati ta’ New Zealand flimkien mat-tribù Iwi Ngāti Rangi li ffaċilitaw il-ġbid ta’ dan il-film ambizzjuż jitlesta fiż-żmien previst.
Hunt for the Wilderpeople kompla biex sar l-iktar film ta’ New Zealand li għamel suċċess fil-box office lokali.
Informazzjoni dwar fejn inġibed il-film
Dan il-film ġie miġbud fuq perjodu ta’ ħames ġimgħat fix-xhur xitwin ta’ Mejju u Ġunju fl-2015 f’għadd ta’ postijiet meraviljużi madwar New Zealand fosthom; Piha, Karekare, Bethells Beach, Horopito, u l- Kaimanawa Plains.
Il-wiri ta’ dan il-film huwa kollaborazzjoni bejn in-New Zealand High Commission u Spazju Kreattiv