Il-Babaw (Pubbliku Ġenerali)

- This event has passed.
Il-Babaw (Pubbliku Ġenerali)
24 February 2018 - 25 February 2018
€5 – €6.50
Dati u Ħinijiet:
Is-Sibt 24 Frar 2018, 6:00PM
Il-Ħadd 25 Frar 2018, 11:00AM
Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz:
Adulti: €6.50
5-16-il sena: €5
‘Il-Babaw’ hu ħlejqa li tkexkex u li għal sekli sħaħ żamm għassa mal-bieb tal-bajtar tax-xewk – id-daħla li tagħti għad-dinja tal-fatati. B’fama bħala mostru tal-biża’, il-babaw iqatta’ l-ġurnata jħuf fl-isqaq maħmuġ jinten li nbena madwar il-bieb u jbeżża’ lil kull min jażżarda jersaq qrib iżżejjed.
Jum fost l-oħrajn ħajtu tinbidel f’salt meta jiltaqa’ ma’ Nina, tifla ta’ seba’ snin li mhijiex propju bħal tfal oħrajn. Aktar ma jsir jafha, il-mostru jsir jaf li Nina, minbarra li għandha gosti naqra strambi u kurżità inkwiżittiva infinita, għandha bżonn l-għajnuna – u donnu m’hemm ħadd f’ħajjitha li jista’ joffrihielha. Din l-istorja dwar ħbiberija kemxejn improbabbli bejn tifla żgħira u mostru tal-biża’ tikkombina d-divertiment, l-eċċitament u l-allegrija, kif ukoll mumenti li jmissulek qalbek.
Biċċa xogħol teatrali innovattiva, divertenti minn More or Less Theatre, li tattira l-immaġinazzjoni tat-tfal.
Dan l-avveniment huwa jkkummissjonat mill-Festival ta’ ŻiguŻajg u huwa parti mill-Programm ta’ Spazju Kreattiv.