Il-Babaw (Skejjel)

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Il-Babaw (Skejjel)

22 February 2018

€5

Dati u Ħinijiet: Il-Ħamis 22 Frar 2018, 9:30AM u 11:30AM
Post: Studjow A (Kavallier ta’ San Ġakbu)
Prezz: €5

‘Il-Babaw’ hu ħlejqa li tkexkex u li għal sekli sħaħ żamm għassa mal-bieb tal-bajtar tax-xewk – id-daħla li tagħti għad-dinja tal-fatati. B’fama bħala mostru tal-biża’, il-babaw iqatta’ l-ġurnata jħuf fl-isqaq maħmuġ jinten li nbena madwar il-bieb u jbeżża’ lil kull min jażżarda jersaq qrib iżżejjed.

Jum fost l-oħrajn ħajtu tinbidel f’salt meta jiltaqa’ ma’ Nina, tifla ta’ seba’ snin li mhijiex propju bħal tfal oħrajn. Aktar ma jsir jafha, il-mostru jsir jaf li Nina, minbarra li għandha gosti naqra strambi u kurżità inkwiżittiva infinita, għandha bżonn l-għajnuna – u donnu m’hemm ħadd f’ħajjitha li jista’ joffrihielha. Din l-istorja dwar ħbiberija kemxejn improbabbli bejn tifla żgħira u mostru tal-biża’ tikkombina d-divertiment, l-eċċitament u l-allegrija, kif ukoll mumenti li jmissulek qalbek.

Biċċa xogħol teatrali innovattiva, divertenti minn More or Less Theatre, li tattira l-immaġinazzjoni tat-tfal.

Dan l-avveniment huwa jkkummissjonat mill-Festival ta’ ŻiguŻajg u huwa parti mill-Programm ta’ Spazju Kreattiv.

Skejjel interessati huma mitlubin jimlew il-formola billi jagħfsu hawn.

Dettalji

Data:
22 February 2018
Prezz:
€5
Event Categories:
,

Venue

Studjows
Kavallier ta' San Ġakbu
Pjazza Kastilja, Il-Belt Valletta VLT1060 Malta
Numru:
356 21223200

Other

Duration 45 min
Cert 5+
Language Ingliz
Creative Team More or Less Theatre